Tasal it-tieni rebħa ta’ Alyssa Ashley Loyola

Thursday, October 28, 2010, 14:09

minn Colin Schembri

Athleta 47
Alyssa Ashley Loyola 55

(13-18)(10-18)(10-13)(14-6)

Alyssa Ashley Loyola kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta għelbu lill-Athleta 55-47. Novita ewlenija f’din il-partita kien ir-ritorn ma’ Loyola tall-player internazzjonali Christina Grima wara xi snin tilgħab l-Italja. Il-partita kellha bidu bilanċjat bl-Athleta jiftħu bill-punti ta’ Leanne Sciberras u rnexxilhom iżommu vantaġġ ta’ 3 punti 8-5 fl-ewwel battuti tall-logħba. Pero wasal break ta’ 13-2 minn Loyola bi Grima tispikka u Loyola temmew is-sessjoni 18-13 minn fuq. Loyola reġgħu ħarġu tajjeb u għamlu run oħra ta’ 7-0 fill-ftuħ tat-tieni sessjoni b’Jean Doughty tagħmel it-tieni three pointer tagħha. Athleta wieġbu permezz ta’ Calleja pero kienu Loyola li għalqu s-sessjoni b’run ta’ 7-0 u fill-half time kienu 13 minn fuq 36-23.

Il-ftuħ tat-tielet sessjoni kien nieqes mill-punti tant li l-ewwel basket ġie minn Abigail Sciberras wara 4 minuti logħob. Athleta wieġbu bi trippla ta’ Sciberras bil-Loyola mbagħad jiftħu vantaġġ ta’ 17-il punt 45-28. Sat-tmiem is-sessjoni kien hemm punti fuq kull naħa biex Loyola baqgħu 16 minn fuq 49-33. Athleta ppruvaw jagħmlu reazzjoni fl-aħħar perjodu tant li bdewh b’run ta’ 11-1 b’diversi punti minn Sciberras u naqqsu d-distakk għal 6 punti 44-50. Fl-aħħar żewġ minuti kien għad hemm l-istess distakk bill-Loyola fuq quddiem 52-46 u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 55-47.

Athleta: R, Sciberras, N. Barry, D. Jaeger 10, L. Calleja 7, L. Sciberras 20, M. Azzopardi Duca, M. Azzopardi, G, Muscat, C. Galea 2, F. Farrugia 2, K. Busuttil 6, C. Mifsud 2
Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 9, F. Schembri 2, E. Falzon, M. Gatt 6, K. Borg, R. Spiteri 2, C. Grima 24, G. Torpiano, A. Sciberras 6, F. Camilleri , S.J. Barbara 2, K. Gouder 4
Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani

Luxol 70
Guzelpinar Imtarfa 34

(18-11(16-5)(14-10)(22-10)

Luxol kisbu r-raba’ rebħa minn 4 partiti meta minkejja n-nuqqas ta’ Steffi De Martino għelbu lil Guzelpinar Imtarfa 70-34. John Tabone kien qiegħed jieħu post Val Drury għal din il-partita peress li kien indispost. Wara bidu bilanċjat fejn saħansitra Mtarfa marru basket minn fuq 6-4, Luxol wieġbu b’run ta’ 10-0 bill-punti kollha jaslu minn Beverlee Zammit. Mtarfa naqqsu d-distakk bi trippla ta’ Gaby Mifsud ill-Luxol jagħlqu s-sessjoni 18-11 minn fuq. Luxol fetħu t-tieni perjodu bi break ta’ 8-0 biex bill-mod il-mod bdew jinqatgħu mill-avversarji 26-11. Trippli ta’ Becky Naudi u Zammit raw lill-Luxol jiftħu vantaġġ ta’ 18-il punt fill-halftime 34-16.

Kienu Mtarfa li għamlu l-ewwel 4 punti tat-tie let perjodu pero’ mbagħad Luxol wieġbu b’run ta’ 14-0. Huma kienu 18 minn fuq 48-20 u Mtarfa għalqu s-sessjoni kif bdewha b’erba’ punti konsekuttivi bl-iskor ikun 48-24 favur Luxol. Fl-aħħar perjodu kellna run ta’ 10-2 minn Luxol. Wara basket ta’ Carina Gauchi Meilak ghall-Imtarfa, reġa kien hemm break iehor ta’ 8-0 minn Luxol. Mtarfa għalqu l-partita bi trippla oħra ta’ Mifsud bill-Luxol jagħmlu l-aħħar 4 punti bill-partita tintemm fuq skor finali ta’ Luxol 70 Guzelpinar Imtarfa 34.

Luxol: E. Moore 8, M. Sciortino 12, L. Serge 6, B. Naudi 11, K. Portelli, S. De Martino, M. De Martino 2, P. Ellul 4, D. Muscat, L. Chetchuti, E. Grech , B. Zammit 19
Guzelpinar Imtarfa: M. Abela 4, R. Sammut, Y. Muscat, C. Gauchi Meilak 10, M. Mifsud 6, M. Agius, G. Santillo 2, M. Scicluna 2, G. Mifsud 10
Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile

St. Andrews 21
Hibs Medsea 78

(3-24)(6-24)(8-11)(4-19)

Ic-champions Hibs Medsea kienu mingħajr Alexis Darmanin u Kirsten Micallef imma xorta kienu b’saħħithom biżżejjed biex jegħlbu l-isfida ta’ St. Andrews. Huma bdew b’run ta’ 6-0 u wara li St. Andrews għamlu free-throw, Hibs għamlu run oħra ta’ 12-0 b’żewġ three pointers tal-captain Lucienne Bezzina u marru 18-1 minn fuq. Bir-risposta tas-Saints tibqa’ ma tasalx, ma kienitx sorpriża li l-Hibs baqgħu iżidu l-vantaġġ u b’run oħra ta’ 13-0 kienu 37-5 minn fuq fit-tieni sessjoni. St. Andrews wieġbu bill-freethrows ta’ Calleja pero’ Hibs għalqu l-perjodu b’9 punti konsekuttivi inkluża trippla ta’ Elena Cassar u fill-halftime huma kienu 39 minn fuq 48-9.

Fit-tielet perjodu St. Andrews sabu break ta’ 8-2 bill-Hibs jagħlqu l-perjodu b’9 punti konsekuttivi. Fl-aħħar perjodu kien hemm iktar punti minn Bezzina għall-Hibs f’run oħra ta 12-0. Fis-seba’ minuta St. Andrews wieġbu bl-ewwel basket tagħhom biex Hibs għalqu l-partita bi break ieħor ta’ 8-2 u rebħu l-partita 78-21.

St. Andrews: M. Caruana 5, J. Calleja 6, N. Scicluna 2, I. Galea 3, E. Cachia 6, R. Magro 2, T. Pace Decesare, M. De Martino 5
Hibs Medsea: E. Micallef 2, E. Cassar 18, M. Zammit, L. Bezzina 31, F. Tabone 3, D. Micallef 6, N. Arrigo 8, J. Cardona 10, C. Schiavone
Referees: Luke Camilleri, Brian Sly

Starlites Sports Experience 41
McDonalds Depiro 86

(12-21)(8-19)(6-18)(15-28)

Konxji mir-rebħiet ta’ Hibs u Luxol, McDonalds Depiro riedu rebħa minn dan il-konfront biex jibqgħu fil-postijiet ta’ fuq. Greta Zarb kienet qiegħda tagħmel ir-ritorn tagħha għal Depiro dan l-istaġun.

Wara three pointer inizjali minn Lara Pisani għal Starlites , Depiro wieġbu b’run ta’ 12-0 bi trippli ta’ Sarah Pace u Francesca Biancho u f’nofs is-sessjoni kienu 12-5 minn fuq. Sat-tmiem il-perjodu kien hemm punti fuq kull naħa b’Depiro jagħlquh bi trippla ta’ Justine Busuttil Gaerty għal skor ta’ 21-12. L-istess player fetħet it-tieni perjodu bi trippla oħra f’run ta’ 10-2 u marru 31-14 minn fuq. Starlites wieġbu bill-punti ta’ Marylou Cutajar u fill-halftime Depiro kellhom vantaġġ doppju 40-20.

Depiro li addottaw sistema ta’ press tul il-partita kollha fetħu t-tielet perjodu b’run ta’ 15-2 b’Kaila Agius tispikka b’Zarb tagħmel l-ewwel trippla tagħha. Fl-aħħar sessjoni Depiro komplew jinqatgħu mill-avversarji bi trippli ta’ Agius u Justine Xuereb f’run oħra ta 13-0. Lejn tmiem il-partita kien hemm aktar three pointers minn Zarb biex Depiro rebħu l-partita 86-41.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 4, C. Riolo 4, A. Grixti 2, S. Tabone 6, L. Pisani 6, C. Spiteri 1, S. Davies 2, L. Pirotta, N. Attard, C. Scicluna 4, M. Cutajar 12.
McDonalds Depiro: S. Pace 9, G. Zarb 12 J. Xuereb 4, A. Mifsud 2, M. Bonett 3, F. Biancho 5, J. Busuttil Gaerty 6, A. Borg 10, C. Sammut 3, E. Vella, S. Micallef, K. Agius 32
Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

@font-face { font-family: “Adobe Hebrew”; }@font-face { font-family: “Adobe Thai”; }p.MsoNormal, li.MsoNormal, div.MsoNormal { margin: 0cm 0cm 0.0001pt; font-size: 12pt; font-family: “Times New Roman”; }div.Section1 { page: Section1; }

Klassifika Kampjonat Nisa
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Hibs Medsea 4 4 0 8
Luxol 4 4 0 8
McDonalds Depiro 4 3 1 7
Alyssa Ashley Loyola 4 2 2 6
St. Andrews 4 1 3 5
Athleta 4 1 3 5
Starlites Sports Experience 4 1 3 5
GuzelPinar Mtarfa 4 0 4 4




Leave a comment