Taqtigħa fil-kampjonat Premier

Friday, October 4, 2013, 14:50

minn Stephen Azzopardi

Vittoriosa Stars se jfittxu t-tielet rebħa konsekuttiva għal dan l-istaġun.  Dan meta se jilgħabu kontra Tarxien Rainbows li għandhom l-istess punti daqshom.

Mosta li qegħdin fil-ħames post se jiltaqħu kontra Hibernians li qegħdin waħedhom fil-quċċata tal-klassifika.

Sfida klassika se tkun dik bejn Sliema Wanderers u Valletta.  Sliema jittamaw f’żelqa ta’ Hibernians biex joqorbu aktar lejhom.  Minn naħa l-oħra Valletta se jagħmlu ħilithom biex jitilgħu fil-wiċċ u jaqbżu lill-istess Sliema.

Birkirkara ġejjin minn rebħa fuq Valleta u se jiltaqgħu ma’ Qormi.  Qormi jidher li se jkollhom logħba iebsa biex jieħdu t-tieni rebħa tagħhom.

Floriana wkoll jittamaw li jieħdu t-tieni rebħa tagħhom kontra Balzan.  Balzan se jkunu qegħdin iżanżnu l-kowċ Jesmond Zerafa.

Fl-aħħarnett Rabat li qegħdin fil-qiegħ nett tal-klassifika se jilgħabu kontra Naxxar Lions li qegħdin fin-nofs tal-klassifika.

 





Leave a comment