Tajna il-massimu tagħna – Etienne Bonello Ċikliżmu

Thursday, June 2, 2011, 19:50
Etienne Bonello wara t-Time Trial tal-Erbgħa filgħodu

Etienne Bonello wara t-Time Trial tal-Erbgħa filgħodu

Iċ-Ċiklista Malti Etienne Bonello kellu Time Trial tajba illum u minkejja li qatt ma seta’ jkun viċin li jitla’ fuq il-podju huma għamel ħin tajjeb u spiċċa d-disa’ overall minn ‘il fuq minn 22 ċiklista li ħadu sehem dalgħodu.

Bonello li sentejn ilu ikkompeta f’dawn il-logħob f’Ċipru fil-Mountain Bike, kellu time trail iebsa għaliex telaq mat-tieni grupp ta’ atleti imma konxju mill-fatt li din hi l-ispeċjalita’ tiegħu għamel ħiltu u rnexxielu jidħol mal-ewwel għaxar atleti fil-klassifika finali.

Wara t-Time Trial tiegħu Bonello qal “Vera qatt ma niftakar li għamilt tellieqa bħal din tal-lum, bdejt għaddej b’saħti ħafna tul il-korsa kollha u qatt ma nżilt taħt il-46 kilometru fis-siegħa, ferħan u nistieq nirringrazzja ħafna lil-Kowċ Jack u lil Charlie li bdew jinkoraġġuni ħafna mill-vann li kienu qed isuqu warajjha”.

Dave Millar kien imniżżel fl-istarting list, pero’ kif ġie rraportat aktar kmieni din il-ġimgha, ċ-ċiklist brittanniku b’passaport Malti ma ingħaqadx mal-grupp malti.

Riżultati:

Etienne Bonello           9post          Hin: 33min 26sek 73 (distakk ta’ 3min 09sek 45 mir-rebbieh)

Maurice Formosa         21post      Hin: 35min 10sek 63

David Galea                 22post        Hin: 35min 17sek 76

Deheb: Bob Jungles (Lussemburgu)       Hin: 30min 17sek 28

Fidda: Stefan Kueng (Liechtenstein)      Hin: 31min 29sek 58

Bronz: Tom Thill (Lussemburgu)           Hin: 31min 29sek 58

Ta’ min isemmi l-fatt li Bonello u sħabu, David Galea u Maurice Formosa sabu jawguralhom wara t-Time Trail lill-William Chetcuti l-Ambaxxatur Malti tal-KOM li qed iżur id-dixxiplini sportivi kollha u jagħti s-support morali kuljum lill-Maltin kollha.

Etienne Bonello waqt it-Time Trial tiegħu

Etienne Bonello waqt it-Time Trial tiegħu





4 Comments

  1. Harold Psaila says:

    Well Done Etienne that was fast

    [Reply]

  2. Fabio Spiteri says:

    only cyclists and triathletes knows what its like to average 46km/hr ..wow …….fast race !! well done

    [Reply]

  3. Caroline Schiavone says:

    well done Etienne and to all the other cyclists David, Maurice and Jason keep up the good work. A well deserved result after all the hard training.

    [Reply]

  4. Oswald says:

    WELL DONE ETIENNE. GOOD SHOW. We all knew it was going to be very tough and difficult.

    [Reply]

Leave a comment