Taekwondo Dragon Club f’aktar suċċessi

Sunday, July 18, 2010, 22:27

It-Taekwondo Dragon Club kompla jżid mas-suċċessi tiegħu għal matul din is-sena billi nhar is-Sibt 26 ta’Ġunju rebaħ tlieta minn ħames kategoriji fil-kampjonat lokali tal-forma li kien organizzat mill-Federazzjoni Maltija tat-Taekwondo. Il-klabb kien rapreżentat minn Duncan Munro, Lynsey Fenech u Nicola Borg Cardona li kollha pparteċipaw fil-kategorija rispettiva tagħhom u dan ifisser li kollha spiċċaw rebbieħa. Iktar tard matul l-ġurnata kienu mnieda l-eżamijiet għal livell ta’ l-ewwel Kup u ċ-Ċintorin Iswed. Fost dawn kien hemm Lynsey Fenech li għaddiet b’suċċess.

Il-klabb qiegħed jaħdem bis-sħieħ sabiex jistabilixxi ruħu bħala klabb ta’ suċċess u li jkun pijunier fit-tkattir ta’ l-arti tat-Taekwondo. Matul dawn l-aħħar xhur il-klabb kiber ġmielu u issa l-fundatur tiegħu Sabomnim Stephen Formosa qaleb bħala għalliem professjonista u ser ikun qiegħed jiddedika ħinu kollu għal din id-dixxiplina. Għal dan il-għan il-klabb għadu kemm nieda identità ġdida u nhar it-Tnejn 28 ta’ Ġunju ippreżenta uniformi bl-emblema ġdida tiegħu.

Nhar is-7 ta’ Lulju l-klabb ħejja l-Buddy Day fejn kull student taħt l-età ta’ għaxar snin kien imħeġġeġ iġib numru ta’ ħbieb sabiex iħajruhom jibdew jitħarġu f’din id-dixxiplina. Għal din l-attività kien hemm xejn inqas minn 14-il tifel u tifla. Fl-aħħar ta’ din l-attivitá, kollha ġew preżentati b’ keychain tal-klabb. Ma din l-attività kienet abbinata kompetizzjoni li kienet tikkonsisti min kien jirnexxielu jġib l-aktar tfal. Ir-rebbieħa kienet Nadine Ebejer.

Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Lulju l-klabb beda numru ta’lezzjonijiet għal matul l-istaġun tas-Sajf flimkien mall-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Għal l-ewwel lezzjoni attendew 14-il tifel u tifla li l-etá tagħhom tvarja bejn 5 u 15-il sena.

Lynsey Fenech, Chloe Vassallo, Mauro Busuttil u Kyle Vassallo pparteċipaw fit-13-il edizzjoni ta’ l-UTF British International Open li seħħ ġewwa l-K2 Arena, fi Crawley, l-Ingilterra. L-erbgħa atleti kienu qegħdin jagħmlu parti mill-iskwadra li l-Federazzjoni Maltija tat-Taekwondo ppreparat għal dan l-avveniment flimkien ma numru ta’ atleti oħrajn minn klabbs oħra. Dawn ħadu sehem fil-kategorija tal-Kyorugi (kombattiment) u kollha kienu jirrapreżentaw il-kategorija rispettiva tagħhom.

Mauro Busuttil rebaħ deheb, Chloe Vassallo u Lynsey Fenech rebħu deheb fidda u Kyle Vassallo rebaħ bronż. Dan ifisser li kollha rebħu midalja.

Il-klabb qiegħed iħejji wkoll sabiex ikun jista joffri lezzjonijiet għal matul il-ħin ta’ filgħodu speċjalment għall-ommijiet u għal dawk li jaħdmu bix-xift. Sa dan it-tant qed jiġi pjanat ukoll sabiex jitħejju korsijiet ta’ difiża personali.

Min hu nteressat jibda jitħarreġ f’din id-dixxiplina jista jakkwista aktar informazzjoni billi jżur is-sit elettroniku www.tdc.org.mt jew iċempel fuq 99452010.





Leave a comment