Table Football: Żewġ medalji għal Malta fit-Tazza tad-Dinja

Tuesday, September 6, 2016, 20:12

Gavin Muscat

Fit-Tazza tad-Dinja tal-2016 li qed issir ġewwa il-Belġju, Malta rebħet żewġ medalji.

Derek Conti rebaħ il-bronż wara li rebaħ is-semifinali. Wolfgang Leitner(Awstrija) rebaħ id-deheb wara li għeleb lil Luca Colangelo(Italja) li rebaħ il-fidda.

Fil-kategorija tal-veterani, Massimo Cremona tilef fil-finali bl-iskor ta’ 2-1 kontra Gianfranco Calonico(Italja). Il-bronż marret għand David Busch(Awstrija).

Wara tintlgħab il-kategorija tat-timijiet.

Derek Conti(lemin)

Massimo Cremona(xellug)





Leave a comment