- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Table Football: Midalja Tal Bronz Ghat -Tim Nazzjonali Malti

Posted By Sportinmalta On September 9, 2014 @ 12:55 pm In Featured,Table Football | No Comments

It-tim Nazzjonali Malti tat-Table Football kompost minn Mark Gauci, Joe Mifsud, Angelo Borg, Massimo Cremona, Charlie Aquilina u l-President tal-MTFSA Joe Zammit Pavia, rebaħ il-midalja tal-bronz fit-tazza tad-dinja ta’ dan l-isport li saret f’Rochefort il-Belgju.

Malta kienet fi Grupp 2 u rebħet lil Wales 4-0, lill-Olanda 3-0 u tilfet 3-1 mal-Italja, li eventwalment rebħet it-tazza tad-dinja. B’dawn ir-riżultati Malta kwalifikat għall-fażi tal-aħħar 8 u rebħu lill-Portugall biex għaddew għas-semifinali fejn tilfu ma’ Spanja. Peress li f’dan l-isport ma tintlagħabx logħba għat-tielet jew raba’ post, Malta awtomatikent spiċċat it-tielet flimkien mal-Belgju.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius jibgħat l-awguri tiegħu lil dan it-tim li reġa’ għamel unur lill-pajjiżna fost il-ġganti f’dan l-isport.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/table-football-midalja-tal-bronz-ghat-tim-nazzjonali-malti/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.