Table Football – FISTF Satellite Bormla

Monday, October 9, 2017, 10:33

Il-Ħadd l-ewwel ta’ Ottubru ġie organizzat l-ewwel Satellite minn tlieta li ser ikunu organizzati minn Bormla Subbuteo Club taħt l-awspiċji tal-MTFSA u l-FISTF. Il-logħob ġie organizzat fil-każin San Ġorġ f’Bormla. Dan it-turnament kien riservat għal dawk li ma kienux ikklasifikati mal-ewwel mija fil-klassifika internazzjonali. Ħadu sehem erbatax-il plejer u ġew inklużi żewg plejers permezz tal-wild-card. Dawn kienu Angelo Borg in-numru 10 fid-dinja li jilgħab ma’ Eagles Napoli Subbuteo u Jean Carl Tabone in-numru 48 fid-dinja ta’ Subbuteo Club Salernitana.

Ir-rebbieħ kien Angelo Borg li fil-finali għeleb l-isfida ta’ Jean Carl Tabone bl-iskor ta’ 2-1. Fis-semi finali huma għelbu l-isfidi taż-żewġ plejers ta’ Bormla Subbuteo Club Charlie Aquilina u Joseph Mifsud.

It-tieni turnament riservat għal din il-kategorija se jitella’ bejn l-4 u l-5 ta’ Novembru 2017.





Leave a comment