- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ta’ Xbiex Fun Run

Posted By Sportinmalta On October 13, 2015 @ 6:14 pm In Athletics,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, l-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex ser jorganizza t-tieni edizzjoni tat-Ta’ Xbiex Fun Run, flimkien ma’ Ta’XbiexS.C.  Attivita’ li ser issir b’risq ALS Malta, li hija fondazzjoni ġdida li ġiet iffurmata riċentament u qed tikber minn ġurnata għall-oħra sabiex tassisti lill-persuni u tgħin fir-riċerka tal-marda qerrieqa tal-ALS, li hija marda terminali li taffetwa s-sistema tan-nervituri.

L-attivita’ ser tibda u tispiċċa mill-Yacht Marinata’ Ta’ Xbiex, nhar il-Ħadd 18 t’ Ottubru fid-9am, eżattament quddiem l-ex lukanda Les Lapins ħdejn pontoon J.  Applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-Uffiċju tal-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex, is-sit elettroniku www.taxbiex.com, jew mill-paġna ta’ Facebook bl-isem ta’ Ta’ Xbiex Fun Run.

F’kummenti li għamel is-Sindku Max Zammit qal li: “Bla dubju ser tkun attivita’ oħra  ta’suċċess għal Ta’ Xbiex, din id-darba b’tema sportiva li tippromovi għajxien b’saħħtu u eżerċizzju fiżiku għar-residenti ta’ Ta’ Xbiex u kif ukoll għall pubbliku Malti kollu.”

Il-Fun Run hi immirata sabiex tiġbed nies minn kull eta’ u minn kull settur.  Min jixtieq jipparteċipa jista’ jimxi jew jiġri perkors ta’ 2km jew 5km.  Is-sena l-oħra l-ikbar parteċipant kellu 77 sena u l-iżgħar parteċipanta kellha 9 snin.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/ta-xbiex-fun-run/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.