- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ta’ fuq ikomplu jirbħu fi tmiem l-ewwel round

Posted By sportinmalta1 On February 19, 2018 @ 6:10 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 100

Hibernians 62

(26-11)(25-10)(24-22)(25-19)

Gżira Athleta kisbu rebħa oħra kontra Hibernians b’wirja oħra mill-aqwa tal-Ispanjol Albert Serra li żgur se jiswijhom mitqlu deheb fil-ġlieda għall-unur prinċipali f’din id-diviżjoni. Hibs kellhom diversi players neqsin bħal Stefan Vella, Kieron Caruana u Paul Attard però rkupraw lil Kurt Sultana fil-waqt li kien nieqes ukoll il-coach Silvio Cassar bit-team jitmexxa minn Laurence Deguara. Athleta ħadu l-inizjattiva sa’ mill-bidu tal-partita b’run ta’ 9-2 bil-punti ta’ Serra, Luca Stefanovic, Nathan Xuereb u Stefan Vincic. Wara li Hibs wieġbu permezz ta’ Isaac Bonett u Sultana, Athleta komplew b’run oħra ta’ 9-0 bi trippla ta’ Serra u sa’ tmiem it-taqsima fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 26-11. Fit-tieni perjodu Athleta komplew iżidu d-dominju tagħhom speċjalment b’sensiela ta’ three pointers wara xulxin minn Serra flimkien ma’ Benoit Bartolo biex fetħu vantaġġ qawwi ta’ 30 punt 51-21.

Wara l-intervall, Hibs daħlu aktar fil-partita tant li t-taqsima kienet bilanċjata u offriet total ta’ 46 punt maqsuma bejn iż-żewġ timijiet. Hibs kellhom three poiners minn Michael Houmpton u Kurt Sultana qabel mal- Athleta wieġbu bil-baskets ta’ Vincic flimkien ma’ James Caruana u Jonathan Ransley. Hibs komplew b’żewġ three pointers ta’ Bonett b’Serra jagħmel l-aħħar punti tal- Athleta fis-sessjoni għal skor ta’ 75-43. L-aħħar perjodu ra lil Hibs jerġgħu jnaqqsu d-distakk għal xi ħin speċjalment bil-punti konsekuttivi ta’ Houmpton. Athleta rrispondew b’run finali ta’ 16-2 li rathom jagħqqdu l-mitt punt bi free-throw ta’ Vincic biex ħarġu rebbieħa 100-62.

Gżira Athelta: J. Caruana 4, M. Guisti 6, R. Zammit, A. Serra 43, L. Stefanovic 8, M. Gauchi Montaldo 1, N. Xuereb 8, J. Aquilina 4, B. Bartolo 7, S. Vincic 11, J. Ransley 6, M. Cilia 1.

 

Hibs: M. Formosa 10, K. Sultana 10, J. Debono 3, I. Bonett 18, J. Piscopo, M. Houmpton 22, R. Aquilina

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Starlites GIG 78

 

Siġġiewi 81

(12-15)(25-24)(20-22)(21-20)

Siġġiewi kellhom jirreżistu l-isfida qalbiena taż-żgħażagħ ta’ Starlites biex finalment ħadu r-rebħa f’partita kumbattuta u ta’ skor għoli. Għal ħin twil Starlites, li kienu mingħajr Ryan Carabott u Anthony Schembri, bdew jippressaw lill-avversarji u serqu diversi blalen u lejn tmiem il-partita kienu viċin li jdawwru l-iskor però ma rnexxielhomx għal ftit. Siġġiewi b’diversi players neqsin bdew tajjeb bil-punti ta’ Hubert Agius hekk kif għamlu run ta’ 11-2. Starlites tjiebu u kienu huma li ġew lura b’run ta’ 10-2 biex għamlu l-iskor indaqs qabel ma Siġġiewi għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Roberto Alosco għal skor ta’ 15-12. Fit-tieni perjodu Starlites marru minn fuq wara punti minn Mirco Azzopardi u trippla ta’ Owen Psaila. Siġġiewi rritaljaw b’run ta’ 11-0 bil-punti ta’ Alex Novakovic u Konstantinos Arvanitakis. Dan ma żammx lil Starlites għaliex huma wettqu reazzjoni oħra bi trippla ta’ Ian Felice Pace u baskets ta’ Matthew Scerri biex fl-intervall Siġġiewikienu basket minn fuq 39-37.

Fit-tielet sessjoni Siġġiewi bdew bil-punti ta’ Omar Shamala però Starlites xorta baqgħu viċin hekk kif irrisponda Scerri bi trippla flimkien m’Azzopardi li wkoll kellhu three pointer li għamel l-iskor indaqs 51-51. Hawn reġgħu kienu Siġġiewi li b’run ta’ 9-2 ħadu vantaġġ li bih irnexxielhom jagħlqu t-taqsima fuq quddiem 61-57. Fl-aħħar perjodu Siġġiewi dehru li ħadu kontroll tal-partita meta fetħu vantaġġ ta’ 10 punti wara trippla ta’ Alosco li kisbilhom il-maġġoranza tal-punti. Huma komplew iżidu l-vantaġġ għal 14 –il punt 81-67 però Starlites ma ċedewx. Huma baqgħu jissieltu u għamlu run oħra ta’ 11-0 b’diversi punti ta’ Felice Pace u Scerri però l-ħin kien kontra tagħhom u Siġġiewi setgħu jieħdu nifs qawwi hekk kif ħarġu rebbieħa 81-78.

Starlites GIG: O. Psaila 7, M. Azzopardi 19, L. Vella, I. Felice Pace 16, M. Scerri 21, J. Attard 2, I. Pace 3, M. Vella 2, J. Wait 4, A. Xuereb 4.

 

Siġġiewi: JP Antoncic 4, M. Baldacchino 2, A. Baldacchino, H. Agius 27, K. Arvanitakis 8, R. Alosco 17, A. Novakovic 15, O. Shamala 8.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi

Depiro 92

 

Starlites GIG 82

(31-8)(19-20)(19-27)(23-27)

Depiro batew aktar milli mistenni biex għelbu l-isfida ta’ Starlites 92-82 fi tmiem ta’ partita mill-isbaħ. Jumejn wara l-isfida qawwija li offrew kontra Siġġiewi, dan il-grupp ta’ żagħżagħ ħafna minnhom taħt id-19 –il sena, reġgħu offrew sfida qawwija din id-darba kontra team li qiegħed fil-quċċata. Fi tmiem l-ewwel sessjoni ftit ħasbu li Starlites kienu se jwettqu din ir-rimonta li rathjom jirkupraw minn distakk ta’ 27 punt. Depiro kienu għal darb’oħra mingħajr Kurt Xuereb fil-waqt li Starlites kellhom ir-ritorn importanti minn sospensjoni ta Miguel Falzon però kellhom nieqsa mill-ġdid lil Ryan Carabott, Josef Attard, Alex Xuereb u Anthony Schembri. Depiro bdew tajjeb u bit-three pointers ta’ Jack Nygaard marru 10-6 minn fuq. Huma komplew b’run qawwija ta’ 19-0 b’diversi punti minn Nygaard, Adam Chomo, Nicholas Grech, Matthew Borg u Andy Attard. Starlites finalment waqqfuhom b’basket ta’ Ian Felice Pace però Depiro kienu diġa 31-8 minn fuq. Fit-tieni perjodu, il-logħob kien aktar bilanċjat għalkemm kienu Depiro li reġgħu bdew tajjeb u fetħu vantaġġ massimu ta’ 27 punt wara run ta’ 8-2 bi trippla ta’ Grech. Starlites bdew jirkupraw u kellhom diversi punti minn Falzon flimkien ma’ Isaac Pace u Owen Psaila u naqqsu xi ftit l-iżvantaġġ 50-28.

Fit-tielet taqsima l-folja nqalbet hekk kif Depiro llaxkaw ħafna fid-difiża u fl-attakk naqqsu r-ritmu. Starlites bdew b’run ta’ 19-6 b’aktar punti minn Falzon u Felice Pace u daħlu sew fil-partita hekk kif id-distakk niżel għal 9 punti 58-49. Wara time-out, Depiro rkupraw xi ftit u kellhom il-punti  minn Nygaard u Chomo flimkien ma’ trippla ta’ Miguel Brincat biex reġgħu marru 14 minn fuq fi tmiem is-sessjoni 69-55. Fl-aħħar perjodu, Depiro żiedu l-vantaġġ mill-ġdid wara punti ta’ Nygaard u Attard. Starlites ippruvaw rimonta oħra li ssarfet f’run ta’ 16-5 biex naqqsu d-distakk għal sitt punti 81-87 però l-ħin kien kontrijhom u Depiro għamlu l-aħħar punti minn Chomo u Jonathan Camilleri biex ħarġu rebbieħa 92-82.

Depiro: E. Briffa 4, M. Brincat 7, M. Debattista, A. Attard 6, N. Grech 11, J. Camilleri 5, J. Nygaard 26, A. Chomo 23, M. Borg 10, J.Vibe.

 

Starlites GIG: O. Psaila 5, M. Azzopardi 14, L. Vella, I. Felice Pace 12, M. Scerri 15, M. Falzon 26, I. Pace 2, J. Wait 8.

Referees: Stephen Micallef, Zvezdan Dobrosaviljevic

Hibernians 45

Balkan Fusion 81

(10-23)(12-19)(14-11)(9-28)

Balkan Fusion irrispondew għar-rebħa ta’ Depiro biex reġgħu telgħu fl-ewwel post wara rebħa fuq Hibs 81-45. Hibs kienu mingħajr Eman Xuereb, Aryton Galea u Ricky Aquilina għalkemm irkupraw lil Paul Attard u Kieron Caruana u reġgħu nkludew lil Simon Attard. Balkan kienu mingħajr Nemanja Radicevic u Sergi Jorba. Il-ftuħ tal-partita kien bilanċjat biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin bit-three pointers. Hibs kellhom tnejn minn Caruana u P. Attard fil-waqt li Balkan kellhom il-punti ta’ Nikola Stankovic. Minn hemm ‘l quddiem però Balkan ħadu l-partita f’idejhom u għamlu run ta’ 14-2 b’baskets minn Bogdan Ilic u Nenad Bukva fost l-oħrajn biex temmew l-ewwel sessjoni 23-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Hibs fetħu bi trippla ta’ Kurt Sultana flimkien mal-punti ta’ Caruana u Matthew Formosa biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 22-32. Balkan kellhom mument ieħor tajjeb meta għamlu run ta’ 10-0 b’żewġ trippli ta’ Ilic biex daħlu jistrieħu 42-22 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Hibs bdew bi trippla ta’ Attard għalkemm Balkan malajr kellhom risposta b’run qasira ta’ 8-2. Wara 7 punti oħra tal-Pawlisti bi three pointer ta’ P. Attard, Balkan għamlu l-aħħar punti tas-sessjoni minn Alex Perunicic biex għalquha 53-36 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, l-iskor baqa jiżdied favur Balkan hekk kif huma bdew b’run oħra ta’ 14-2 bi trippli ta’ Ilic u Bogdan Mrkojevic. Hibs kellhom risposta permezz ta P. Attard u Michael Houmpton qabel ma’ Balkan għalqu l-partita b’run oħra ta’ 14-3 għal skor finali ta’ 81-45.

Hibs: S. Attard 9, M. Formosa 4, P. Attard 8, I. Bonett, K. Caruana 8, K. Sultana 8, M. Houmpton 8.

 

Balkan Fusion: M. Stjepanovic, B. Ilic 22, I. Kumric 6, S. Opojevlic 8, A. Perunicic 19, B. Mrkojevic 12, Z. Stankovic, N. Bukva 4, V. Lekovic 1, N. Stankovic 11.

Referees: Nicky Azzopardi, Miklos Rajzki.

Gżira Athleta 99

Marvels Frank Salt 52

(20-16)(29-6)(28-7)(22-21)

Gżira Athleta komplew sejrin bir-rebħ meta għelbu lil Marvels Frank Salt 99-52. L-Ispanjol Albert Serra saħħaħ ferm l-iskwadra tal-Athletau bis-saħħa tiegħu players oħra wkoll urew progress fil-logħob tagħhom. Athleta fetħu l-partita b’run ta’ 8-0 qabel ma Marvels għamlu l-ewwel punti tagħhom minn Christian Briffa. Athleta żiedu l-vantaġġ permezz ta’ Serra u Nathan Xuereb li kellhu trippla bil-Marvels iwieġbu bi 8 punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Nicolo Guida u l-ewwel sessjoni għalqet bl-Athleta fuq quddiem 20-16. Fit-tieni sessjoni kienu Athleta li komplew iżidu l-vantaġġ speċjalment wara żewġ runs qawwija ta’ 14-2 u 13-0 b’diversi punti ta’ Serra li kellhu żewġ three pointers, Xuereb, Benoit Bartolo u Jonathan Ransley fost l-oħrajn. Sal-intervall, Athleta kienu diġa 25 punt minn fuq 49-24.

Fit-tielet sessjoni, Athleta kmplew fejn ħallew b’Serra jikseb trippla oħra f’run ta’ 7-0. Marvels waqqfuhom għal xi ftit bil-punti ta’ Guida u trippla ta’ Luke Azzopardi qabel ma Athleta għamlu run oħra ta’ 20-3 għal skor ta’ 77-31. Fl-aħħar sessjoni l-logħob kien aktar maqsum biż-żewġ timijiet ikollhom il-mumenti tagħhom bil-coach tal-Athleta Peter Farrugia jagħti ħin lil players kollha ta’ fuq il-bank. Marvels kellhom mument posittiv b’run ta’ 13-3 bi trippla ta’ Glenn Borg. Athleta għalqu l-partita b’basket ta’ Joshua Aquilina biex il-players kollha rnexxielhom jagħmlu l-punti u rebħu l-partita 99-52.

Gżira Athleta: J. Caruana 1, A. Serra 31, L. Stefanovic 10, M. Gauchi Montaldo 7, N. Xuereb 20, J. Aquilina 2, B. Bartolo 16, S. Vincic 4, J. Ransley 8.

 

Marvels Frank Salt: G. Borg 3, N. Guida 25, D. Pisani 6, R, Curmi, D. Verebies, L. Azzopardi 3, A. Morris, C. Briffa 15, D. Borg.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi

Victoria Libertas 63

Luxol 66

(17-13)(20-13)(12-20)(14-20)

Victoria Libertas taw prestazzjoni mill-aqwa kontra Luxol u kienu ftit ħin ‘l bogħod mill jiksbu r-rebħa però ċedew lejn it-tmiem biex Luxol ħadu s-sitt rebħa tagħhom. Luxol kellhom nieqsa lil Keith Dimech u lil Adrian Micallef u lejn it-tmiem tilfu wkoll lil Vukassin Jandric li tkeċċa. Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ wara trippli minn Jandric u Juan Navarro. Libertas irrispondew b’run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Michel Farrugia u David Agius biex ħadu vantaġġ u minkejja trippla oħra ta’ Jandric, temmew l-ewwel sessjoni 17-13 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Libertas komplew jiddominaw il-partita u kellhom run oħra ta’ 14-3 bil-punti ta’ Emanuel Lupo u Nicolo Petrucci fost l-oħrajn. Luxol waqqfuhom bit-trippla ta’ Michael Sjoberg  però fl-intervall Libertas kienu għadhom 11 minn fuq 37-26.

Libertas fetħu t-tielet taqsima b’seba’ punti oħra fosthom three pointer ta’ Farrugia. Hawn wasal mument tajjeb minn Luxol speċjalment ta’ Sjoberg li beda jikseb punti kontinwi fosthom tlett trippli f’run ta’ 18-1 li rat lil Luxol inaqqsu d-distakk għal punt 44-45. Libertas kisbu żewġ baskets oħra minn Petrucci u Daniele Miani biex baqgħu fuq quddiem għalkemm il-vantaġġ tagħhom niżel għal 3 punti 49-46. Fl-aħħar sessjoni, Luxol kellhom bidu qawwi hekk kif Clayton Calleja, Jandric u Sjoberg kienu protagonisti f’run ta’ 15-3. Libertas naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Miani u trippla ta’ Farrugia però Jandric reġa’ wieġeb għal Luxol qabel ma tkeċċa għal foul anti-sportiv f’nofs il-court f’deċiżjoni pjuttost ħarxa. Libertas kellhom żewġ baskets oħra minn Agius u Farrugia però ma kienx għad fadal ħin biex Luxol ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 66-63.

Victoria Libertas: W. Spiteri, M. Farrugia 18, D. Agius 8, K. Galea 2, N. Petrucci 12, S. Mizzi, P. Caruana, D. Miani 12, E. Lupo 11, V. Barbu, M. Agius, B. Soler.

 

Luxol: J. Cefai, L. Caruana Montaldo 5, V. Jandric 21, B. Caruana Montaldo, C. Calleja 13, M. Sjoberg 22, J. Navarro 5, M. Steenkamer.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Haj Fozi.

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Balkan Fusion

8

7

1

15

618

401

Depiro

8

7

1

15

652

543

Gżira Athleta

8

6

2

14

625

492

Luxol

8

6

2

14

593

564

Hibernians

8

4

4

12

490

559

Siġġiewi

8

3

5

11

488

569

Startlites

8

2

6

10

511

583

Victoria Libertas

8

1

7

9

398

488

Marvels Frank Salt

8

0

8

8

402

578


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/ta-fuq-ikomplu-jirbhu-fi-tmiem-l-ewwel-round/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.