Swieqi Yobetit fl-ewwel post tal-Videoslots League tal-Irġiel u La Salle HC rebħu l-MHA Cup tan-Nisa

Thursday, December 27, 2018, 10:59

Kitba ta’ Cristian Muscat

Swieqi Yobetit Phoenix temmew l-ewwel rawnd b’punti massimi filwaqt li Luxol Club Class u Aloysians Prominent jinsabu fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Il-Kampjonat issa jinqasam fiċ-Championship Pool fejn jieħdu sehem sitt timijiet u t-Tieni Divżjoni fejn jikkompetu erba’ timijiet.

Hamrun Gasan Mamo Insurance se jkunu qed jibdew fl-ewwel post tat-Tieni Diviżjoni.

Il-Kampjonat jibda f’Jannar li ġej.

La Salle HC rebħu l-MHA Cup wara li għelbu lir-rivali Aloysians HC aktar kmieni matul Diċembru. Il-Videoslots League tan-nisa se jibda issa fil-5 ta’ Jannar.





Leave a comment