Swieqi United FC Business Breakfast

Tuesday, September 3, 2013, 11:14

Swieqi United habbru l-pjanijiet taghhom ghall-istagun 2013/14 meta gie mniedi l-programm kalcistiku ghal sena waqt konferenza stampa il-Cavalieri Hotel. Dr. Justin Fenech, President tal-klabb laqa’ lill-mistednin prezenti u tenna jghid li din is-sena, il-klabb kien investa f’setup gdid filwaqt li qed jaghmel mill-ahjar sabiex jipprepara tfal zghar ghal-loghob kompetittiv permezz tan-Nursery. Dr. Fenech fahhar dawk l-isponsors (Stargames, Noel Muscat Co. Ltd, 2X, Vacancy Centre, Cavalieri Hotel, Untangled Media, Logix u Robert Arrigo) u membri tal-kumitat li dejjem ghenu lil dan il-klabb. Stqarr li biex tmexxi klabb maghmul biss minn voluntiera mhux facli izda hemm bizzejjed ambizzjoni sabiex certu progetti jitwettqu b’reqqa u responsabbilta’.

Dr. Michael Calleja, Vici-President u Segretarju sahaq fuq l-importanza li ma jergghux isiru l-istess zbalji tas-sena li ghaddiet. Filwaqt li l-klabb kien spicca lejn il-qiegh tal-klassifika, saru bosta zbalji amminstrattivi tant li dis-sena nhasset il-htiega li jinbidlu hafna affarijiet. Apparti l-fatt li l-iskwadra ssahhet b’numru ta’ akkwisti godda, il-coaching staff zdied ukoll bl-akkwisti tal-kowcis Mario Mifsud u l-Youth Academy Director Andrea Vella. B’hekk Dr. Calleja tenna jghid li l-preparazzjoni mehtiega ghandha tkun iktar professjonali. Madanakollu, permezz tal-grawnd il-gdid, tnaqqsu l-ispejjez tal-kiri tant li xi investimenti ha jsiru f’partijiet ohra tal-klabb. Dr. Calleja fahhar ukoll it-tim tal-Futsal mmexxi minn Paul Hyzler li din is-sena ser ikun qieghed jiehu sehem fil-Premier Division Malti. Certament li dan huwa unur ghall-klabb li jirrefletti wara kollox organizazzjoni mibnija fuq is-serjeta’ u hidma kontinwa.

Il-kowc tal-kbar Roberto Debrincat qal li l-plejers li ssiehbu fl-iskwadra integraw facilment u dan huwa mertu tal-klabb li dejjem irnexxielu jibni atmosfera sabiha. Certament li l-iskwadra ha tkun kompetittiva tant li mistenni li l-plejers jissieltu f’kull partita u jaghtu mill-ahjar li ghandhom. Debrincat tenna jghid li s-Swieqi huwa l-klabb ideali ghal kull kowc ghax il-kowcis dejjem ikunu kapaci ihaddnu l-filosofija taghhom minghajr l-ebda intopp.

Mario Mifsud, Head tan-Nursery u kowc tal-Minors sahaq fuq l-importanza li l-klabb ikun organizzat ghax din tista’ ssarraf f’wirjiet ahjar fil-grawnd. Mill-esperjenza li kellhu fil-futbol Malti qal li kien kuntent li rnexxielu jissieheb ma’ dan it-tim galadaraba il-kumitat jghin u mhux jindahal. Dan, tenna jghid, huwa fatt krucjali fil-futbol. Mifsud fahhar l-iskwadra tal-Minors li ghalkemm ser jibdew jikkompetu fil-Kampjonat Nazzjonali ghall-ewwel darba, hu jinsab fiducjuz li kapaci jaghtu wirjiet pozittivi fil-grawnd.

Tkellmu wkoll il-Membri tal-Kumitat Robert Dingli u Jeffrick Cachia, fejn ddiskutew l-importanza li l-klabb ikollu media tajjeb tant li ghandu jinzamm certu livell ta’ professjonalita’. Dingli sahaq li ser ikun hemm bosta attivitajiet biex ir-residenti jippartecipaw u jsiru jafu iktar fuq il-klabb taghhom filwaqt li rringrazzja lill-isponsors godda. Jeffrick Cachia, membru gdid, qal li l-ambizzjoni tieghu kienet li s-Swieqi ikun wiehed mill-klabs ewlieni li juza l-mezzi tal-Media biex il-klabb jtejjeb ir-relazzjonijiet pubblici u marketing tieghu. Cachia sahaq kemm huwa importanti li l-professjonalita’ dejjem tirrifletti l-ghaqda u l-organizazzjoni tal-klabb.

Mr. Noel Muscat, Sindku tas-Swieqi ukoll fahhar ix-xoghol tal-klabb u qal li l-lokalita’ kienet kburija bit-tim taghha, specjalment din is-sena li ser tkun il-hames sena tal-klabb. Muscat qal li bhala Sindku kien kuntent jara l-isport fil-lokalita’ jikber tant li hemm bosta ghaqdiet sportivi ohra li ser jippartecipaw f’leagues Maltin that il-kappa tas-Swieqi. Muscat fahhar iz-zghazagh li jiffurmaw parti minn dan il-klabb, wieghed l-ghajnuna u s-support tal-Kunsill u awgura lill-plejers u kowics stagun tajjeb.

Bhala rapprezentant ta’ l-MFA, Dr. Chris Bonnett qal li l-mod kif qeghdin jimxu s-Swieqi ghandu jkun il-mudell tal-klabbs kollha f’Malta. Il-professjonalita’ tenna jghid tibda mill-organizazzjoni u mhux necessarjament mit-tim. Dr. Bonnett stqarr kif l-MFA dan l-ahhar kienet investiet hafna f’facilitajiet ghall-klabbs Maltin – dan sabiex il-klabbs ikunu kapaci jibbenifikaw minn tahrig siewi. Stqarr ukoll li l-ghan ewlieni ta’ din l-amministrazzjoni ghandha tkun li l-klabbs isiru sostenibbli u ser jitniedu bosta programmi u ideat sabiex il-fond ta’ kull klabb ikun jista’ jintuza ghal skopijiet kummercjali. Dr. Bonnett qal li l-progress li ghamlu s-Swieqi f’dawn il-hames snin ma kien xejn iktar ghajr organizzazzjoni, tmexxija b’reqqa u PR tajjeb. Dawn huma affarijiet, tenna jghid, li juru li l-klabb miexi fit-triq it-tajba.

 




Leave a comment