- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Swan Amateur Football : It-Tieni Unur Staġjonali Għal- Ħamrun Titans

Posted By Sportinmalta On January 12, 2016 @ 6:42 pm In Featured,Football | No Comments

Gavin Muscat

Nhar is-sibt li għadda saret il-finali tat-Tazza tal-Milied tas-Swan Amateur Football Ass sponsorjata mid-ditta Joseph Sammut Co Ltd,fejn għal din il-finali ikkontestaw għalija Ħamrun Titans u Dingli Eagles fejn sa tmiem il-hin regolamentari u l-hin barrani l-iskor baqa ma infetahx għal skor finali ta’ 0-0,biex kella tkun il-lotterija tal-penalties biex jigi deciss minn ser jirbah dan it-tielet unur stagjonali,hawn hekk regu kienu Ħamrun Titans li għat tielet darba dan l-istagun kellhom ikunu l-penalties biex hargu rebbieha bl-iskor ta’ 3-1,fejn għal darba ohra il-gowlkiper Gilbert Spiteri kien il-protagonista meta salva zewg penalties decizivi biex Ħamrun Titans friski mir-rebh tal-unur ta’ Ray Bartolo Memorial Cup rebhu t-tazza tal-Milied biex kisbu t-tieni unur stagjonali minn tlieta li saru li torganizza l-assoċjazzjoni bl-unur l-iehor jigi mirbuh minn Valletta St.Pauli li kienu rebhu s-Super Cup fil-bidu tal-istagun.

Partita akkanita u milgħuba fi spirtu sportiv quddiem pubbliku numeruż l-aktar partitarji ħamrunizi li ma qatgħu xejn jagħti s-support tagħhom lil benjamini ħamrunizi Ħamrun Titans friski mir-rebh ta’ tieni unur stagjonali r-Ray Bartolo Memorial Cup, hargu aġġressivi ifixxu li imorru fil-vantaġġ imma sabu d-difiza tal-Eagles soda immexxija tant tajjeb mill-koppja Nicolai Caruana u Edwin Casha li dejjem għarfu jikkontrollaw lil attakkanti ħamrunizi fuq in-naha l-ohra d-difiza ta’ Titans ukoll għalqet kull spazzju lil attakkanti ta’ Dingli fejn għalihom Charlo Buttigieg u Kriston Theuma kienu strumenali,biex fl-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fid-19 il-minuta logħob minn ħamrun meta x-xutt ta’ Christian Debono kien salvat minn għajr diffikulta mill-gowlkiper tal-Eagles Noel Micallef,biex qabel intemmet it-taqsima fil-33minuta logħob Dingli marru vicin b’xutt ta’ Mario Lino Bugeja li għadda centimetri barra.

Fit-tieni taqsima Ħamrun tefu kollox fuq l-attakk biex jizblukkaw ir-rizultat imma qatt ma kienu ta’ perikoluzi serju għal lasti ta’ Dingli,biex l-Eagles bdew joperaw bil-kontra attakk u fis-58minuta logħob setgħu marru fil-vantaġġ meta azzjoni mibnija minn diversi players il-ballun spiċċa għand Ezzeddin Saih li zmarkat wahdu dam jahsiba biex ix-xutt finali tiegħu jigi salvat b’mod tajjeb mill-gowlkiper ħamruniz Spiteri,biex sa tisfiera finali tar-referee l-iskor baqa ma infetahx għal skor ta’ 0-0,biex kellu jintgħab il-hin barrani.

Fil-ħin barrani l-logħob kompla fuq l-istess andament fejn z-zewg nahat kompla jikkontrollaw lil xulxin,biex sa tisfiera finali l-iskor baqa dak ta’ parita 0-0,biex kellom jinataw il-penalties biex jigi determinat minn ser jirbah dan l-unur qabel il-waqfa għal festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena,hawn rega kien protagonista l-gowlkiper ħamruniz Gilbert Spiteri li għat -tliet darba dan l-istagun rebah lit-tim tiegħu billi salva tnejn minn erba penalties,għal Ħamrun Titans skurjaw Carlo Leonardi,Anthony Spiteri,Warren Grima u (falla salva il-gowlkiper)ix-xutt ta’ Angelo Chircop,għal Dingli Eagles skorja Ezzedden Saih,fallew Mario Lino Bugeja(tefa barra) (salva il-gowlkiper ix-xutt ta’ Marun Mohammed Ali u Matthew Buttigieg għal skor finali ta’ 3-1,biex Ħamrun Titans rebhu dan l-unur għall-ewwel darba minn naha ta’ Dingli Eagles regu hargu telliefa fit-tieni finali kemm ilhom jiehdu sehem fl-assoċjazzjoni.   Referee : Ray Tabone.

Wara l-partita l-President tal-assocjazzjono s-sur Lino Bartolo f’kelmtejn ta’ l-okkazzjoni ferah liz-zewg nahat għal logħba sabiha u akkanita li tawna u ta’ l-awguri tiegħu lil shabu d-delegati kollha tal-kunsill u lil familjari tagħhom għal Milied hieni u Sena Gdida mimlija paci u saħħa u heġġeġ biex kompli tinzam l-għaqda u l-hbieberija bejn kull minn hu involut.

Wara tkellem il-Viċi President tal-MFA l-Perit Ludovico Micallef li qal li għalih l-amateur football huwa kollox għax hu beda mill-amateur football fejn kien wiehed mill-fundatiri ta’ tim tal-amateur li għadu jippartecipa f’assoċjazzjoni ohra u anki fl-MFA jiehu hsieb il-grassrots fejn l-amateur jagħmel parti mix-xogħol tiegħu fl-MFA,u għalhekk kien ta’ pjacir li laqa l-istedina li jigi jipprezenta t-tazzi u ikun prezenti għal din il-finali,wara saret il-prezentazzjoni mill-Vici-President tal-MFA l-Perit Ludovico Micallef lil captain Ħamruniż u protagonista għal dan is-suċċess Gilbert Spiteri fost il-ferh ta’ shabu players dirigenti u partitarji għal dan it-tieni suċċess staġjonali.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/swan-amateur-football-it-tieni-unur-stagjonali-ghal-hamrun-titans/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.