Swan Amateur Football Association:Mrieħel Devon jiksbu l-ewwel rebħa staġjonali

Sunday, January 31, 2016, 13:40

Gavin Muscat

Nhar is-Sibt li għadda reġa irritorna l-kampjonat wara l-waqfa tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena,meta saru erba logħbiet mill-ewwel fazi tal-kampjonat sponsorjatt mid-ditta Joseph Sammut Co Ltd,fejn kellna żewġ konfronti diretti għal minn ser ikunu l-ewwel ħames timijiet li jilgħabu fic-championship pool,fejn fl-ewwel partita tal-ġurnata Hamrun Titans komplew fejn hallew is-sena l-ohra bis-serje pozittiva tagħhom meta għelbu lil Tarxien Cavalieri Hotel bl-iskor ta’ 2-0,biex saru l-ewwel tim li ser jilgħab fic-championship pool,biex fit-tieni partita tal-ġurnata l-konfront bejn zewg timijiet li kienu għadhom qed ifixxu li jiksbu l-ewwel punti stagjonali Mriehel Devon għelbu lil Bahrija AFC bl-iskor ta’ 3-2,biex irregistraw l-ewwel rebha stagjonali,biex fit-tielet partita tal-ġurnata konfront dirett u  interessanti Valletta St.Pauli Geal għamlu pass importanti li ikunu fic-championship pool meta għelbu lil Ta’ Giorni Wolves bl-iskor ta’ 4-2,biex baqu jigru wara l-leaders,biex l-aħħar partita fil-programm konfront dirett ieħor fejn Għargħur Bushwackers għelbu lil San Gwann Knigħts bl-iskor konvincenti ta’ 6-2,biex b’din ir-rebha Għargħur zammew hajjien it-tamiet tagħhom u lahqu lil istess San Gwann u Ta’ Giorni Wolves b’għaxar punti kull wiehed u l-konfronti diretti li ser ikollna għandhom ikunu missielta u decisivi.

Mrieħel Devon vs Baħrija AFC

Fl-ewwel partita tal-ġurnata bejn zewg timijiet li kienu għadhom qed ifixxu l-ewwel punt stagjonali Mriehel Devon taht id-dirigenza l-gdida li bdiet tagħti frott tagħha meta kisbu l-ewwel rebha stagjonali meta għelbu lil Bahrija AFC bl-iskor ta’ 3-2,u dan għandu ikun t’ankoraggiment għal dan it-tim zagħzugħ li għandu ispirazzjonijiet kbar għal futur,minn naha ta’ Bahrija dawn baqu ankrati fl-aħħar post tal-klassifika mingħajr ebda punt fejn f’din il-partita urew hafna progress fil-logħob tagħhom,fejn bi ftit attenzjoni setgħu hagu xi haga.

Fl-ewwel taqsima kienet dominata mit-tim tal-Mriehel fejn fetah vantagg ta’ tliet gowls skurjati minn Ian Muscat fit-12 il-minuta u doppjetta permezz ta’ Karl Grech 16.32minuta logħob kabbru l-vantagg biex Mriehel daħħlu jistriehu b’ vantagg komdu ta’ tliet gowls. Fit-tieni taqsima Bahrija hargu aktar determinati li isalvaw il-partita u skurjaw darbtejn permezz ta’ Sheldon Sammut 60minuta u fil-65minuta logħob Andre Magro rega naqqas l-iskor mill-11il-metru għal skor finali ta’ 3-2,biex Mriehel kisbu l-ewwel punti stagjonali.   Referee : Ray Tabone

Ħamrun Titans vs Tarxien Cavalieri Hotel

Fit-tieni partita tal-ġurnata Hamrun Titans komplew fejn hallew is-sena li għaddiet meta għelbu lil Tarxien Cavalieri Hotel bl-iskor ta’ 2-0 biex komplew jikkonsolidaw posthom f’ras il-klassifika u għamlu cert li fit-tieni fazi tal-kampjonat ser jilgħabu fic-championship pool,minn naha ta’ Tarxien b’din it-telfa huma certi li fit-tieni fazi ser jilgħabu fil-promotion pool.

Hamrun Titans hargu fuq l-offensiva u wara biss 2minuti logħob marru fil-vantagg permezz ta’ Matthew Coleiro,Hamrun komplew jippressaw u fit-18 il-minuta logħob Carlo Leonardi evita in-nasba tal-off-side biex kompla javvanza u kabbar il-vantagg biex hekk baqu sa tmiem it-taqsima. Fit-tieni taqsima Tarxien hargu ifittxu li jerġu jidħlu fil-partita imma l-attakkanti tagħhom qatt ma kienu ta’ periklu serju għal lasti hamruniza,biex sa tisfiera finali l-iskor baqa ma imbidielx 2-0 favur Hamrun Titans.  Referee : Dusan Petrovic

Valletta St.Pauli Geal vs Ta’Giorni Wolves 

Fit-tielet partita tal-ġurnata konfront dirett għal post fic-championship pool bejn zewg sfidanti Valletta St.Pauli Geal għelbu lil Ta’ Giorni Wolves bl-iskor ta’4-2 biex b’din ir-rebha il-beltin kwazi huma certi li ser jilgħbu fic-championship pool u komplew isegwu lil leaders Hamrun meta issa jinsabu erba punti taht il-hamrunizi,bil-beltin jilagħbu partita anqas,minn naha Ta’ Giorni Wolves b’din it-telfa qed jissograw li fit-tieni fazi ma ikunux ma l-ewwel hames timijiet fejn iz-zewg logħbiet li imisshom huma konfronti diretti kontra Għargħur u San Gwann li bhalhom għandhom għaxar punti fil-klassifika,għalhekk il-kampjonat għandu ikompli ikun wiehed missielet u interessanti fejn flimkien ma Dingli għanda tkun taqtiegħa għal minn ser ikunu t-tliet timijiet li ser jilgħabu fic-championship pool,Valletta St.Pauli jafu l-importanza tal-punti hargu aggressiva u wara li marru vicin li jifthu l-iskor fit-13il-minuta logħob marru fil-vantagg permezz ta’ Jonathan Buttigieg,biex tliet minuti marru kabbru l-iskor fis-16il-minuta logħob permezz ta’ George Frendo,il-beltin komplew ikunu superjuri għall avversrji tagħhom u fis-27minuta logħob minn azzjoni ta’ corner David Calleja b’daqqa ta’ ras stupenda tefa fis-saqaf tax-xibka,biex qabel intemmet it-taqsima fit-33minuta il-beltin ziedu gowl ieħor permezz ta’ Emanuel Ijezie li b’ xutt fuq il-girja ma’ tax cans lil gowlkiper tal-Wolves isalva,biex il-beltin daħħlu b’ vantagg komdu ta’ erba gowls.

Fit-tieni taqsima l-beltin ma baqux aggressivi u dan ippermetta lil Ta’ Giorni Wolves jagħmlu reazzjoni fejn naqsu l-iskor darbtejn permezz ta’ Alessandro Certelli li minn free-kick dirett fl-40minuta logħob u gowl ieħor permezz ta’ Tarik Ibrahim fil-55minuta biex sa tisfiera finali d-difiza beltin b’xi mod dejjem għarfet tikkontrolla l-furja tal-attakkanti tal-Wolves li għamlu pressjoni biex isalvaw r-rizultat skor finali 4-2 favur il-beltin.   Referee : Nelson Da Vella Seichas

Għargħur Bushwackers vs San Ġwann Knights

Fl-aħħar partita tal-ġurnata konfront dirett ieħor għal post fic-championship pool Għargħur Bushwackers għelbu lil San Gwann Knigħts bl-iskor konvincenti ta’ 6-2,biex b’din ir -rebha Għargħur lahqu lil istess San Gwann u komplew jisfidaw li huma ukoll jistgħu jilgħabu fic-championship pool,fejn għandhom huma ukoll zewg konfronti diretti kontra Ta’ Giorni u Dingli fil-jiem li gejjien,minn naha ta’ San Gwann dawn kien mistenni hafna aktar minnhom wara li fl-aħħar harga tagħhom fil-kampjonat kienu għelbu lil beltin.

Għargħur jafu li rebha biss setgħet izomm hajjien it-tamiet tagħhom li jispiccaw ma l-ewwel hames timijiet hargu ifixxu l-gowl tal-vantagg u wara 10minuti logħob fethu l-iskor permezz ta’ Rapheal Ortiz de Oliviera,imma San Gwann għamlu reazzjoni u fit-18 il-minuta kisbu l-gowl ta’ draw permezz ta’ Marco Mercieca,imma Għargħur komplew jippressaw u fis-26minuta logħob regu marru fil-vantagg permezz ta’ Rapheal Ortiz de Oliviera biex kiseb doppjetta personali u hekk baqu sa tmiem it-taqsima bl-iskor ta’ 2-1.

Fit-tieni taqsima Għargħur komplew fejn hallew fl-ewwel taqsimma u ziedu erba gowls ohra permezz ta’ doppjetta minn Rodrigo Tics 38 u 44minuta u doppjetta ohra minn Fabio Grech fil-59 u 66minuta logħob u kien naqqas li skor monentarju għal San Gwann Ryan Buhagiar fil-50minuta logħob għal skor finali ta’ 6-2.  Referee : Joe Azzopardi





Leave a comment