Swan Amateur Football Association Riżultati (Tieni Ġimgħa )

Wednesday, October 21, 2015, 20:26

Gavin Muscat

Nhar is-Sibt li għadda kompla l-logħob mill- fażi tal-kampjonat tas-Swan Amateur Football Association sponsorjat mid-ditta Joseph Sammut Co Ltd,fejn saru erba’ logħbiet oħra,fejn it-timijiet l-aktar ikkwotati kollha ħarġu fuq in-naħa rebbieħa,fejn Dingli Eagles għelbu lil Baħrija AFC bl-iskor ta’ 4-0 biex telgħu leaders f’ras il-klassifika bit-tmien punti,San Ġwann Knights għelbu lil Tarxien Cavalieri Hotel bl-iskor ta’ 5-1 u fil-partitissima tal-ġurnata Ħamrun Titans għelbu lil Ta’ Giorni Wolves bl-iskor ta’ 2-1 u Valletta St.Pauli Geal għelbu lit-tim modest ta’  Mrieħel Devon bl-iskor konvinċenti ta’ 6-0 biex il-kampjonat minn gimgħa għal l-oħra qed issir aktar interessanti u missielet għal postijiet fic-Championship Pool Promotion Pool.

-Dingli Eagles vs Baħrija AFC

Fl-ewwel partita tal-ġurnata Dingli Eagles għelbu lil ġirien tagħhom Baħrija AFC bl-iskor ta’ 4-0,biex b’din ir-rebħa telgħu f’ras il-klassifika bi tmien punti aktar minn Luqa Juniors u  Ħamrun Titans bl’Eagles jilgħabu partita aktar. Fl-ewwel taqsima Dingli Eagles ħarġu aġġressivi u wara 10 minuti logħob fetħu l-iskor permezz ta’ Zachary Tanti,biex doppjetta ta’ Mario Bugeja fis-17 u 24minuta logħob komplew ikabbru l-vantaġġ biex Dingli Eagles daħħlu jistrieħu b’ vantaġġ komdu bl-iskor ta’ 3-0. Fit-tieni taqsima Dingli Eagles naqqsu ħafna mir-ritmu u skurjaw gowl wieħed biss permezz ta’ Ezzedden Saih fit-63 minuta għal skor finali ta’ 4-0.Referee : Joe Mizzi

-San Ġwann Knights vs Tarxien Cavalieri Hotel 

Fit-tieni partita tal-ġurnata San Ġwann Knights għelbu facilment lil Tarxien Cavalieri Hotel bl-iskor ta’ 5-1 biex kisbu l-ewwel rebħa staġjonali u komplew resqin aktar lejn nofs il-klassifika imma minn naħa ta’ Tarxien dawn kienu qed isofru t-tieni telfa konsekuttiva. San Gwann Knights kienu il-kmandi assoluti tul il-partita kollha u ħarġu fuq l-offensiva u wara 12 il-minuta marru fil-vantaġġ permezz ta’ Marco Mercieca biex John Debono fit-18 il-minuta kabbar il-vantaġġ u gowl ieħor minn Andre’ Vella  fil-25 minuta logħob taw vantaġġ komdu ta’ tliet gowls lil Knights sal-mistrieħ .Fit-tieni taqsima Tarxien ħarġu ifittxu l-gowl tal-bandiera u dan wasal fis-47 minuta logħob permezz ta’ Hassan Agid,imma n-Knights reġu  ħadu  l-kontroll tal-partita f’idejhom u sa tmiem it-taqsima żiedu żewġ gowls oħra permezz ta’ doppjetta minn Ryan Buhagiar 52 u 61 minuta għal skor finali ta’ 5-1. Referee : Joe Camilleri

-Ħamrun Titans vs Ta’Giorni Wolves

Fit-tielet partita tal-ġurnata u l-aktar waħda mistennija fil-programm, Ħamrun Titans komplew bil-mixja pożittiva tagħhom meta għelbu lil Ta’ Giorni Wolves bl-iskor ta’ 2-1. F’ konfront dirett, mertu kbir f’din ir-rebħa Ħamruniża għanda tingħata lill-gowlkiper ta’ Ħamrun Gilbert Spiteri li salva f’bosta okkażżjonijiet u fejn saħansittra salva ukoll penalti biex kien strumentali f’din ir-rebħa. Kienet partita bbilanċjata bil-ballun tiela’ u nieżel fejn f’kontra-attakk veloċi Ħamrun marru fil-vantaġġ fl-14 il-minuta logħob permezz ta’ Anthony Spiteri, biex fit-23 minuta logħob Ħamrun Titans irdoppjaw permezz ta’ Clifford Mifsud,imma Ta’ Giorni Wolves għamlu reazzjoni biex jerġu’ jidħlu fil-partita u fit-30 minuta logħob ġew mogħtija penalti imma x-xutt t’ Alessandro Certelli ġie salvat bi bravura mill-gowlkiper ta’Ħamrun Spiteri,biex Ħamrun daħħlu jistrieħu b’vantaġġ doppju. Fit-tieni taqsima Ta’ Giorni Wolves ħarġu fuq l-attakk imma sabu lid-difiża u lill-gowlkiper dejjem attenti,biex  fit-62 minuta logħob il-Wolves naqsu l-iskor permezz ta’ Dean Camilleri,biex sa tmiem il-Wolves għamlu pressjoni biex jiksbu l-gowl ta’ draw imma l-Ħamrun għarfu jamministraw il-vantaġġ sat-tisfira finali.     Referee : Nelson De Vella

-Valletta St.Pauli vs Mrieħel Devon

Fl-aħħar partita fil-programm Valletta St.Pauli Geal għelbu lit-tim modest ta’ Mrieħel Devon bl-iskor konvincenti ta’ 6-0,biex il-Beltin reġu kisbu l-istess riżultat ta’ ġimgħa ilu meta kien għelbu lil Tarxien bl-istess skor. Minn naħa ta’ Mrieħel dawn kienu qed isofru t-tielet telfa konsekuttiva u flimkien ma’ Baħrija jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika mingħajr ebda punt. Il-partita kienet iddominata mill-Beltin mill-bidu sat- tmiem fejn il-gowlkiper ta’ Mriehel Matthew Schembri wettaq bosta saves stupendi imma Valletta St.Pauli xorta fetħu l-iskor wara biss 5 minuti logħob meta ġew mogħtija penalti u mill-11 il-metru Glenn Barry ma’ żbaljax biex l-istess player kabbar il-vantaġġ fil-22 minuta logħob biex il-Beltin daħħlu jistrieħu b’vantaġġ doppju. Fit-tieni taqsima Valletta St.Pauli skorjaw poker ieħor permezz ta’ Vilson Caushi fil-45 minuta,James Shead fil-50 minuta,George Frendo fis-56 minuta u issiġilla r-rebħa Touray Ousman wara 63 minuta logħob għal skor finali ta’ 6-0,biex il-Beltin komplew juru l-potenzjal li jipposiedu u kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat wara r-rebħ tas-Super Cup.   Referee : Lorry Sammut

 

 





Leave a comment