Swan Amateur Football Association: Finali taz-Tazza tal-Milied

Thursday, December 22, 2016, 18:31

Gavin Muscat

Nhar is-Sibt saret is-seba’ u tletin (37) il-edizzjoni mill-finali ta’ Tazza tal-Milied ta’ Swan Amateur Football Ass fil-ground ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn għalija ikkontestaw it-timijiet tal-Valletta St.Pauli u Luqa Juniors bil-Beltin johorgu rebbieha bl-iskor ta’ 1-0,biex kisbu t-tielet unur staġjonali wara li aktar kmieni dan l-istaġun kienu diga rebhu s-Super Cup ironikament kontra l-istess Luqa Juniors wara l-għoti tal-penalties wara li l-partita kienet spiċċa fi draw ta’ 1-1,u aktar kmieni din il-gimgħa rebhu wkoll ir-Ray Bartolo Memorial Cup meta għelbu b’mod konvincenti lit-tim revelazzjoni ta’ dan l-istaġun Ta’ Xbiex St.Helens 7-2.

F ‘ġurnata tipikament xitwija fejn x-xita ma waqfet xejn speċjalment tul t-tieni taqsima kollha fejn hawn irrid ngħid prosit lil dirigenti tal-klabb ta’ Żebbuġ FC għal kundizzjoni perfetta tal-ground fejn setgħat issir il-finali mingħajr it-tfixkiel tal-elementi naturali,kif ukoll liż-żewġ settijiet ta’ players u dirigenti għal l-isportiva li urew u irrenjatt tul il-partita kollha.

Partita akkanita u movimentata bil-Beltin dejjem fuq l-offensiva,minn naha ta’ Luqa Juniors dawn addattaw pjan difensiv u joperaw bil-kontra attakk,fl-ewwel stadju tal-partita z-żewġ nahat kienu aktar moħħom kif ser jikkontrollaw lil xulxin sakemm fis-16 il-minuta logħob il-Beltin resqu vicin li jifthu l-iskor permezz ta’ free-kick dirett minn George Frendo li għadda ftit għoli,minn naha tal-Juniors f’ kontra attakk veloci fil-25 minuta logħob x-xutt ta’ Carmel Formosa ġie salvat mill-gowlkiper Belti Roderick Camilleri mingħajr ebda tbatija biex hekk baqu sa tmiem it-tisfiera tal-ewwel taqsima bl-iskor ta’ 0-0.

Fit-tieni taqsima Valletta St,Pauli żiedu l-isforzi tagħhom biex jizblukkaw ir-rizultat imma sabu lil gowlkiper tal-Juniors Christian Schembri dejjem attent u salva dak kollu li gie għal idejnh u lid-difensur centrali Charlie Cachia fil-qalba tad-difiża li dejjem flimkien ma shabi għarfu irazznu l-furja Beltija,biex meta kulhadd kien qed jistenna li l-partita ser tmur għal hin barrani fis-66minuta Kane Micallef b’azzjoni personali wara li evita bosta difensuri sammar il-ballun fir-rokna tax-xibka għal gowl tal-vantagg,biex fl-aħħar hinijiet Luqa Juniors għamlu reazzjoni biex isalvaw ir-rizultat imma l-Beltin għarfu jikkontrollaw il-vantagg minimu ta’ gowl sa tisfiera finali tar-referee,biex hargu rebbieha bl-isor ta’ 1-0 u b’din ir-rebħa akkwistaw it-tliet unur staġjonali u l-għoxrien (20) darba t-Tazza tal-Milied fl-istorja tal-klabb Belti. Ir-referee kien Adrian Caruana.

Wara l-partita l-President tal-assocjazzjoni Swan is-sur Lino Bartolo filwaqt li ferah liż-żewġ nahat għall-isportiva li urew tul il-partita u dan ikompli jawgura tajjeb għal kumplament tal-istaġun issa li ser issir l-ewwel waqfa, awgura ukoll lil Vici-President tal-MFA l-Avukat Chris Bonett li kien il-mistieden tal-okkazzjoni għal hidma li giet fdata lilu fil-Uefa.

Wara tkellem l-Avukat Chris Bonett li qal li din hija l-aħħar prezentazzjoni tiegħu qabel itemm il-hatra tiegħu u irringrazzja lil assocjazzjoni Swan għas-support li dejjem tawħ tul dawn l-aħħar snin fejn qal li ironikament l-ewwel prezentazzjoni li kien għamel meta lahaq Vici- President kienet fli Swan,huwa ukoll u ta’ l-awguri tiegħu lil kulhadd għal Milied Hieni u Sena l-Ġdida 2017 mimlija Paci u Saħħa lil kulhadd.

Fl-aħħar l-Avukat Chris Bonett ippreżenta t-Tazza tal-Milied lil captain Belti David Calleja fost il-ferħ ta’ sħabu l-plejers,diriġenti u partitarji Beltin għal dan is-suċċess.

 

 





Leave a comment