Swan Amateur Football Association: Erba’ logħob oħra jintlgħabu

Monday, October 26, 2015, 18:05

Gavin Muscat

Nhar is-sibt li għadda sar programm ieħor t’ erba logħbiet mill-ewwel fażi tal-kampjonat ta’ Swan Amateur Football Ass sponsorjat mid-ditta Joseph Sammut Co Ltd. qabel il-waqfa minħabba li l-ġimgħa d-dieħla isiru l-kwarti finali tat-tazza għal ex-segretarju il-Ray Bartolo Memorial Cup,fejn fl-ewwel partita tal-ġurnata San Gwann Knights komplew bis-serje pożittiva meta għelbu lit-tim modest ta’ Mrieħel Devon bl-iskor ta’ 5-0,biex fit-tieni partita tal-ġurnata Ħamrun Titans għelbu lil Baħrija AFC bl-iskor ta’ 3-0 biex b’din ir-rebħa telgħu f’ras il-klassifika punt fuq il-Beltin, bil-Ħamruniżi jilgħabu partita aktar,biex fit-tielet partita fil-programm Ta’ Giorni Wolves għelbu lil Tarxien Cavalieri Hotel bl-iskor ta’ 3-0,biex l-aħħar partita fil-programm Valletta St.Pauli Geal għelbu lil Luqa Juniors bl-iskor ta’ 4-0,biex il-Beltin għandhom punti massimi minn tliet partiti u Luqa Juniors soffrew l-ewwel telfa staġjonali.

-San Ġwann Knights vs Mrieħel Devon

Fl-ewwel partita tal-ġurnata San Gwann Knights għelbu lit-tim modest ta’ Mriehel Devon bl-iskor ta’ 5-0,biex in-Knights komplew bil-mixja pożittiva,wara l-bidu negattiv li kellhom. Minn naħa tal-Mrieħel Devon dawn għadhom ifittxu l-ewwel punt, fejn sa tmiem l-ewwel taqsima San Ġwann bnew vantaġġ doppju permezz ta’ Ryan Buhagiar fil-11 u 23 minuta logħob. Fit-tieni taqsima San Ġwann komplew jippressaw u skurjaw tliet darbiet oħra permezz ta’ Justin Asciak fit-42 minuta,Christian Micallef fil-51 minuta u issiġilla r-rebħa tan-Knights b’ gowl ieħor permezz ta’ Marco Mercieca fis-66 minuta logħob għal skor finali ta’ 5-0,biex San Ġwann komplew jersqu aktar il-fuq fil-klassifika. Referee : Shawn Calleja

-Ħamrun Titans vs Baħrija AFC

Fit-tieni partita tal-ġurnata Ħamrun Titans għelbu lil Baħrija AFC bl-iskor ta’ 3-0,biex b’din ir-rebħa il-Ħamrunizi telgħu f’ras il-klassifika b’għaxar punti, punt fuq Valletta St.Pauli bil-Beltin jilgħabu partita anqas.Minn naħa tal-Baħrija dawn baqu’ ankrati fl-aħħar post tal-klassifika flimkien ma’ Mriehel Devon.Fl-ewwel taqsima l-logħob kien bilanċjat bil-ballun tiela’ u nieżel sakemm Ħamrun Titans żblukkaw ir-riżultat b’xutt sabiħ għar-rokna tax-xibka permezz ta’ Anthony Spiteri fit-23 minuta logħob,biex hekk baqu’ sa tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima Ħamrun komplew fejn ħallew u ddominaw lil avversarji tagħhom meta skurjaw darbtejn oħra mingħajr risposta permezz ta’ Miguel Francica fid-49 minuta logħob u ieħor permezz ta’ Warren Grima fit-58 minuta logħob għal skor finali ta’ 3-0 u tliet punti biex telgħu f’ras il-klassifika bħala leaders.    Referee : Jules Ngangue

-Ta’ Giorni Wolves vs Tarxien Cavalieri Hotel 

Fit-tielet partita fil-programm Ta’ Giorni Wolves għelbu lil Tarxien Cavalieri Hotel bl-iskor ta’ 3-0,biex b’din ir-rebħa il-Wolves komplew jersqu l-fuq fil-klassifika,minn naħa ta’ Tarxien wara li sal-ewwel taqsima qassmu l-logħob tal-avversarji fejn ma sar l-ebda gowl.Fit-tieni taqsima ma komplewx iżommu l-pass mal-avversarji u ħarġu fuq in-naħa telliefa. Fit-tieni taqsima Ta’ Giorni Wolves kienu superjuri għal Tarxien u skurjaw tliet darbiet mingħajr risposta permezz ta’ Steve Camilleri fil-41 minuta logħob,Christian Mallia fis-47 minuta logħob u issiġilla r-rebħa Ġiljaniża permezz ta’ Glenn Bonnici fis-56 minuta logħob għal skor finali ta’ 3-0,biex Ta’Giorni,Luqa u San Gwann għandhom seba punti.Referee: Ray Tabone

-Valletta St.Pauli Geal vs Luqa Juniors

Fl-aħħar partita tal-ġurnata Valletta St.Pauli Geal għelbu lil Luqa Juniors bl-iskor ta’ 4-0,biex il-Beltin kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva u għandhom punti massimi,imma jinsabu punt taħt il-leaders Ħamrun Titans bil-Ħamrunizi jilgħabu partita aktar imma minn naħa ta’ Luqa Juniors dawn kienu qed isoffru l-ewwel telfa staġjonali wara bidu inkoraġġanti. Valletta St.Pauli (jafu kemm hu huma importanti dawn il-punti) ħarġu aggressivi u wara li resqu viċin bosta drabi fit-18 il-minuta logħob marru fil-vantaġġ minn penalti li mill-11 il-metru Zvezden Vukovic ma’ żbaljax,biex fil-25minuta logħob Glenn Barry irdoppja għal Beltin biex is-Saints daħħlu jistrieħu b’vantaġġ doppju. Fit-tieni taqsima Valletta St.Pauli komplew ikunu superjuri u skurjaw darbtejn oħra permezz ta’ Zvezden Vukovic fid-49 minuta logħob li kompla javvanza u qabbes il-ballun minn fuq ras il-gowlkiper Pawlu Psaila u gowl ieħor permezz ta’ Touray Ousman fit-58 minuta logħob għal skor finali ta’ 4-0,biex il-Beltin għadhom ma’ soffrew ebda gowl fil-kampjonat.  Referee : Daniel Portelli

Il-logħob tal-Kwarti Finali ta’ Tazza Ray Bartolo Memorial Cup huma ;

Is-Sibt 13.45  Qormi Ground       Baħrija AFC            Vs   Luqa Juniors.

15.15  Qormi Ground       Ta’ Giorni Wolves  Vs  Mrieħel Devon.

13.45   Żebbuġ Ground     Valletta St.Pauli     Vs  Ħamrun Titans.

 15.15   Żebbuġ Ground     Dingli Eagles          Vs  Għargħur Bushwackers.





Leave a comment