Suns u Siġġiewi jtemmu l-ewwel fażi bi tliet rebħiet

Thursday, October 20, 2011, 23:50

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD TIENI DIVIŻJONI RĠIEL

 

Athleta 47

Mellieħa Tritones 60

(10-18)(10-12)(7-13)(20-17)

Qormi vs Siġġiewi

Qormi vs Siġġiewi

Mellieħa rnexxielhom jiksbu l-ewwel rebħa tagħhom fis-Saint James Hospital Shield tat-tieni diviżjoni meta għelbu lil Athleta 60-47. Mellieħa kellhom bidu tajjeb meta għamlu l-ewwel sitt punti u minkejja r-risposta tal-Athleta, xorta fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 13-6 f’nofs is-sessjoni. Punti ta’ Joshua Aquilina lejn it-tmiem rawhom jagħlqu l-ewwel sessjoni 8 minn fuq 18-10. Mellieħa reġgħu għamlu l-ewwel baskets fit-tieni perjodu u wara li Athleta wieġbu b’4 punti, Mellieħa għamlu run ta’ 6-0 biex fl-intervall kienu 10 minn fuq 30-20.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni, Athleta naqqsu l-iżvantaġġ pero’ Mellieħa malajr wieġbu bi break ieħor ta’ 8-0 minn Oliver Sammut u Patrick Cauchi. L-aħħar sessjoni kienet l-aktar waħda ta’ skor għoli. Trippla ta’ Michael Camilleri tat vantaġġ ta’ 19 –il punt 48-29 lil Mellieħa. Athleta naqqsu d-distakk wara run ta’ 8-0 pero’ Aquilina waqqfilhom din ir-run. Lejn it-tmiem Athleta għamlu break ieħor ta’ 7-0 li serva biss biex inaqqsu d-distakk u jassiguraw post fis-semifinali minkejja li Mellieħa rebħu l-partita 60-47.

Athleta: C. Galea 9, T. Mifsud Bonnici, A. Baldacchino 12, M. Krastev 12, J. Muscat 5, C. Graham 4, M. Tong, Z. Borg 3, H. Spiteri, A. Azzopardi 2.

Mellieħa Tritones: M. Cauchi 3, R. Abela, A. Mehmedov 8, O. Sammut 18, J. Aquilina 12, M. Camilleri 9, P. Cauchi 10.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Bell Net SN Suns 84

Miscela D’Oro Mtarfa 42

(24-20)(22-7)(16-6)(22-9)

Bell Net SN Suns għamluhom tlieta minn tlieta meta għelbu wkoll lil Miscela D’Oro Mtarfa 84-42. Suns kellhom bidu mill-aqwa fejn f’inqas minn minuta għamlu run ta’ 9-0 magħluqa bi trippla ta’ Robert Camilleri. Mtarfa wieġbu bi trippla ta’ Keith Mifsud segwita minn freethrows ta’ Darryl Schembri. Il-punti komplew ġejjin u wara li Mtarfa naqqsu d-distakk għal punt 16-17, Suns daħħlu fuq il-court lil Igor Marjanovic li bil-punti konsekuttivi tiegħu ħallijhom minn fuq 24-20 fi tmiem is-sessjoni. Suns bdew it-tieni sessjoni b’5 punti konsekuttivi. Sean Baldacchino wieġeb għal Mtarfa pero hawn waslet run ta’ 17-0 minn Suns biex fetħu vantaġġ doppju 46-23. Qabel l-intervall, Mtarfa għamlu żewġ baskets biex naqqsu d-distakk 27-46.

Suns reġgħi fetħu t-tielet perjodu bi break ieħor ta’ 10-0 biex komplew jinqatgħu mil-avversarji. Il-punti mbagħad naqsu biex is-sessjoni għalqet bis-Suns fuq quddiem 62-33. Run oħra ta’ 13-2 minn Suns fil-bidu ta’ l-aħħar sessjoni rathom jiftħu vantaġġ qawwi ta’ 41 punt 76-35. Clayton Farrugia għamel trippla għal Mtarfa flimkien ma basket minn Florin Agius. Suns għalqu l-partita b’run oħra ta’ 8-2 biex rebħu l-partita 84-42.

 

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 15, R. Camilleri 13, H. Agius 6, M. Barberi 7, T. Grech 7, R. Mercieca 8, R. Camilleri 2, S. Cauchi 4, I. Marjanovic 22.

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 9, C. Farrugia 3, J. Attard, D. Schembri 9, J. Camilleri 4, K. Mifsud 11, F. Agius 4, R. Galea 2.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

Qormi 24

Siġġiewi 60

(4-20)(6-19)(5-10)(9-11)

Siġġiewi wkoll għamluhom tlett rebħiet minn tlett partiti biex rebħu grupp A tas- Saint James Hospital Shield meta għelbu lil Qormi 60-24. Il-Qriema kienu mingħajr Elton Sant u Kenneth Genovese fil-waqt li Siġġiewi kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Fl-ewwel sessjoni Siġġiewi bdew tajjeb bi trippla ta’ Clayton Agius f’run ta’ 10-0. Qormi waqqfulhom din ir-run b’basket ta’ Kyle Vella pero’ Siġġiewi reġgħu wieġbu bi break ieħor ta’ 10-2 għal skor ta’ 20-4. Il-bidu tat-tieni sessjoni kien iktar bilanċjat b’Orlando Bonnici jagħmel il-baskets għal Qormi. Pero’ mill-ħames minuta ‘l quddiem, kien hemm biss il-punti ta’ Siġġiewi f’run ta’ 11-0 biex fil-mistrieħ huma kellhom vantaġġ ta’ 29 punt 39-10.

Fit-tielet sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat. Siġġiewi għamlu l-ewwel sitta biex kabbru l-vantaġġ 45-10. Sa tmiem il-perjodu kien hemm baskets fuq kull naħa bi skor ta 49-15 favur Siġġiewi. Sa nofs l-aħħar sessjoni kien hemm biss three pointer fuq kull naħa minn Daniel Bugeja għal Qormi u Agius għal Siġġiewi. Wara time-outs magħjjta fuq iż-żewġ naħat, iż-żewġ timijiet tejjbu xi ftit il-logħba tagħhom għal skor finali ta’ 60-24 favur Siġġiewi.

 

Qormi: L. Saliba, K. Vella 2, D. Debattista 5, M. Borg 3, O. Bonnici 7, K. Vella 2, D. Bugeja 5, G. Buhagiar.

Siġġiewi: P. Vulovic 15, JP Antoncic 6, C. Agius 16, J. Doughty, L. Grech, A. Borg 2, N. Falzon 2, A. Debattista, E. Vella 8, A. Shoults 5, G. Agius 1, K. Farrugia 5.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Floriana YTC Travel 43

Starlites 73

(7-30)(11-14)(12-22)(13-7)

Starlites saru r-raba’ u l-aħħar team li kwalifika għas-semifinali meta għelbu lil Flioriana YTC Travel 73-43 u issa jiltaqgħu ma’ Siġġiewi fis-semifinali waqt li s-semifinali l-oħra se tkun bejn Bell Net SN Suns u Athleta. Floriana kienu mingħajr Sean Meachen pero’ rritorna Joe Tanti u għal Starlites kienu nieqsa Chris Doublet u David Sultana. Starlites bdew tajjeb u wara li marru 4-2 minn fuq, għaddew biex għamlu run ta’ 19-0 fosthom trippla ta’ Robert Loporto biex temmew l-ewwel sessjoni b’vantaġġ komdu ta’ 23 punt 30-7. Fit-tieni sessjoni daħlu diversi żgħażagħ ta’ Starlites fuq il-court. Pero t-team ta’ Sandro Farrugia xorta kabbru l-vantaġġ għal 22 punt 38-11. Floriana għamlu break qasir ta’ 7-0 fosthom trippla minn Roderick Manicaro qabel ma Starlites għalqu l-perjodu b’run ta’ 6-0 bil-baskets ta Alex Cutajar.

Fit-tielet sessjoni punti ta’ Robert Bonnici kabbru l-vantaġġ ta’ Starlites għal 30 punt 50-20. Omar Shamala kien l-aktar player attiv għal Floriana pero Starlites għalqu l-perjodu bi trippli ta’ Loporto u Cutajar għal skor ta’ 66-30. Fl-aħħar sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat u Floriana rnexxielhom jerbħu s-sessjoni pero kienu Starlites li rebħu l-partita 73-43.

Floriana YTC Travel: L. Pavia 2, J. Tanti 2, M. Sapiano, R. Manicaro 5, O. Shamala 25, A. Barthet 7, S. Galea 2

Starlites: B. Riolo 2, R. Loporto 24, R. Bonnici 19, S. Bonnici 6, A. Cutajar, A. Schembri 4, D. Deguara 1, A. Cutajar 9, F. Bartolo 8.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro





Leave a comment