Suns u Hibs jirbħu qabel il-konfront dirett

Thursday, March 13, 2014, 20:49

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

SN Suns 49

Phoenix The Chef Bistro 38

(11-12)(15-7)(11-8)(12-11)

Suns żammew fl-ewwel post tal-klassifika wara li kisbu t-tieni rebħa kontra Phoenix The Chef Bistro fil-kampjonat 49-38. Suns kienu mingħajr Keith Scicluna li se jibqa barra mil-logħob sa’ tmiem l-istaġun b’injury u Phoenix kellhom nieqes lil Gary Micallef. Kienu Phoenix li ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti ta’ Goran Mitrovic u Clayton Camenzuli. Suns wieġbu b’basket ta’ Igor Marjanovic u trippla ta’ Lee Grech però Luke Azzopardi wkoll għamel trippla għal Phoenix li temmew is-sessjoni 12-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni kien hemm il-punti ta’ Marjanovic u Grech għal Suns b’Azzopardi jwieġeb bi trippla oħra. Suns għamlu run ta’ 9-2 b’żewġ baskets ta’ Grech u Michael Barberi u fil-mistrieħ kellhom vantaġġ ta’ seba’ punti 26-19.

Phoenix fetħu t-tielet taqsima b’basket ta’ Jonathan Ransley li flimkien ma’ Mitrovic kellhom partita kwieta. Suns kellhom run ta’ 9-0 li bdewha bi trippla minn Marjanovic biex żiedu l-vantaġġ 35-21. Sat-tmiem, Phoenix kellhom aktar punti minn Azzopardi però Suns kienu għadhom 10 minn fuq 37-27. Fl-aħħar taqsima Phoenix qatt ma resqu viċin biżżejjed tas-Suns li anzi bdew iżidu l-vantaġġ wara punti minn Marjanovic, Grech u Alex Bianchi. Phoenix għamlu break ta’ 8-3 però dan sewa biss biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli u Suns rebħu l-partita 49-38.

SN Suns: S. Borg, L. Grech 17, H. Agius 3, M. Barberi 4, S. Vella, A. Bianchi 2, R. Mercieca, R. Camilleri, S. Cauch 4, I. Marjanovic 19.

Phoenix The Chef Bistro: L. Azzopardi 12, D. Pisani, R. Jimenez, R. Curmi, C. Camenzuli 8, G. Mitrovic 10, C. Briffa, A. Costa 1, J. Ransley 7, A. Toompere.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Mellieħa Tritones 47

Hibs 57

(11-20)(13-8)(11-18)(12-11)

Hibs irrispondew għar-rebħa tas-Suns b’rebħa fuq Mellieħa 57-47 u reġgħu laħquhom fil-klassifika u issa se tkun il-partita ta’ bejniethom il-Ħadd li ġej li bl-akbar probabbilta tiddeċiedi fejn sejjer il-kampjonat. Li hu zgur hu li kemm Hibs kif ukoll Suns se jipparteċipaw fil-Promotion Pool flimkien ma’ Starlites u Floriana mill-ewwel diviżjoni. Hibs bdew il-partita bi break ta’ 9-2 bi trippla tal-Kanadiż Jordan Scott li b’sorpriża tal-coach Ruben Baldacchino beda mal-ewwel ħamsa bi Svens Niedritis fuq il-bank. Intant Mellieħa wieġbu b’żewġ baskets kull wieħed minn Clint Grixti u Rihards Polis bil-Hibs jagħlqu l-perjodu bi trippla ta’ Simon Attard għal skor ta’ 20-11. Fit-tieni taqsima Hibs kabbru l-vantaġġ bil-baskets ta’ Kieron Caruana u Niedritis. Mellieħa għamlu run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Oiiver Sammut u żewġ baskets ta’ Grixti. It-taqsima għalqet b’żewġ baskets fuq kull naħa biex Hibs daħlu jistrieħu 28-24 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Mellieħa bdew jitħabtu biex jieħdu l-vantaġġ però l-aktar li resqu viċin kien basket 35-37 wara punti minn Samuel Aquilina u John Muscat. Hibs irkupraw u għamlu break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Luke Farrugia biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 46-35. Fir-raba’ perjodu kienu Mellieħa li li kellhom run ta’ 10-2 bi trippla ta’ Sammut biex b’żewġ minuti u nofs għat-tmiem naqqsu d-distakk għal 4 punti 51-47. Hawn Hibs kellhom il-freethrows konsekuttivi ta’ Ryan Carabott u basket ta’ Farrugia biex rebħu l-partita 57-47

Mellieħa Tritones: C. Grixti 14, M. Farrugia 3, J. Muscat 7, S. Aquilina 7, P. Magro, O. Sammut 6, J. Aquilina 1, R. Polis 8, P. Cauchi, K. Cucciardi 1.

Hibs: S. Niedritis 2, M. Formosa, L. Farrugia 7, S. Attard 5, G. Agius 8, K. Caruana 11, C. Bugeja 2, K. Sultana, R. Carabott 8, J. Scott 14, R. Cortis.

Referees: Clive Terribile, Stephen Micallef

Lightning Mondays 21

Miscela D’oro Mtarfa 89

(7-29)(4-21)(2-20)(8-19)

Miscela D’Oro Mtarfa għelbu lil Lightning Mondays b’dawn tal-aħħar jagħmlu l-aħħar dehra tagħhom dan l-istaġun. Mtarfa kellhom lil Timothy Zammit, frisk mir-rebħ tal-You Shop We Ship Player tax-xahar ta’ Frar nieqes. Mtarfa kif mistenni ddominaw il-partita fejn bdew bi trippla ta’ Alex Psaila. Huma kellhom żewġ runs ta’ 10-0 u 12-0 b’aktar three pointers minn Samuel Zammit u Josef Attard. Bejniethom kien hemm basket u trippla ta’ Daniel Zammit għal skor ta’ 29-7. Fit-tieni perjodu kien hemm run oħra ta’ 15-2 minn Mtarfa li fosthom baskets minn Matthew Borg, Kurt Xuereb u Daniel Farrugia u fil-halftime kienu 50-11 minn fuq.

It-tielet perjodu fetaħ bl-uniku basket ta’ Mondays minn Caruana. Mtarfa ddominaw il-kumplament tas-sessjoni b’20 punt. Fl-aħħar taqsima Mondays kellhom baskets minn Tom Womack, Caruana u Chris Mifsud b’Mtarfa jkollhom 11 –il punt ieħor mingħajr risposta biex rebħu l-partita 89-21.

Lightning Mondays: T. Womack 2, D. Caruana 2, M. Caruana 4, D. Zammit 7, C. Mifsud 2,  D. Saliba 2, M. Slim 2.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard 9, A. Psaila 8, K. Xuereb 9, N. Grech, M. Borg 8, D. Farrugia 16, S. Zammit 13, J. Viibe 10, R. Zammit 11, D. Schembri 5.

Referees: Jennifer Mangani, Emanuel Mangani.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
St. Nicholas Suns

13

10

3

23

Hibs

13

10

3

23

Phoenix The Chef Bistro

14

8

6

22

Mellieħa Tritones

14

7

7

21

Miscela D’Oro Mtarfa

13

6

7

19

Lighting Mondays

15

0

15

15

 





Leave a comment