Suns jagħmlu rimonta u jerbħu kontra Mellieħa

Friday, December 21, 2012, 9:59

minn Colin Schembri

St. Nicholas Suns 60

Mellieħa 49
(14-19)(9-15)(22-4)(15-11)

 

St. Nicholas Suns irnexxielhom jirkupraw distakk ta’ 15 –il punt u kisbu rebħa kontra Mellieħa 60-49. Suns kellhom nieqes lil Reno Camilleri u Mellieħa għadhom mingħajr Michael Camilleri. Suns marru 5-2 minn fuq wara punti minn Michael Borg Anastasi. Wara li Suns resqu punt minn taħt, Mellieħa għamlu run ta’ 8-2 biex żiedu l-vantaġġ. Michael Barberi u Keith Scicluna wieġbu għal Suns pero’ Mellieħa żammew vantaġġ ta’ 5 punti 19-14. Mellieħa bdew it-tieni sessjoni b’run ta’ 10-0 b’punti ta’ Samwel Aquilina u Oliver Sammut għal vantaġġ ta’ 19 –il punt 29-14. Suns wieġbu b’żewġ baskets pero’ kien hemm trippla ta’ Oliver Sammut għal Mellieħa li fl-intervall kienu għadhom 11 –il punt minn fuq 34-23.

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu, Mellieħa bdew b’basket ta’ Hilary Fenech pero’ hawn huma ġġamjaw u Suns għamlu run ta’ 13-0 biex fid-disa’ minuta ppareġjaw 36-36. Fenech għamel basket ieħor pero’ r-risposta ta’ Suns kienet immedjata bi tlett three pointers minn Simon Cauchi u Barberi għal skor ta’ 45-36. Mellieħa ppruvaw jerġgħu jirkupraw fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni bi trippla ta’ Joshua Aquilina u Borg Anastasi u waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod 46-51. Hawn Robert Mercieca għamel seba’ punti konsekuttivi u minkejja li Sammut għamel trippla oħra, Suns għalqu l-partita bil-freethrows ta’ Roberto Formosa u rebħu l-partita 60-49.

 

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 4, S. Borg, R. Camilleri, J. Paris 2, H. Agius 3, M. Barberi 15, R. Formosa 12, R. Mercieca 21, S. Cauchi 3, I. Marjanovic.

Mellieħa Tritones: B. Borg, M. Cauchi 2, M. Borg Anastasi 10, J. Muscat 4,S. Aquilina 10, P. Magro, O. Sammut 10, J. Aquilina 9, E. Cutajar, H. Fenech 4.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 31

Siġġiewi 56

(6-27)(7-8)(12-17)(6-4)

 

Bidu qawwi minn Siġġiewi kien biżżejjed għalijhom biex jegħlbu lil Phoenix Qormi Żmerċ Pub hekk kif il-partita naqqset ferm mir-ritmu speċjalment lejn it-tmiem. Phoenix kienu mingħajr Kenneth Genovese u Darren Debattista fil-waqt li Siġġiewi kellhom nieqsa lil Petar Vulovic u Gabriel Agius. Siġġiewi bdew b’run ta’ 15-2 b’diversi punti minn Clement Kodomaris b’Rueben Curmi jagħmel l-uniċi baskets ta’ Phoenix. Siġġiewi għamlu run oħra ta’ 13-0 li għalquha bi trippla ta’ Anthony Shoults għal skor ta’ 27-6. Fit-tieni sessjoni kien hemm il-punti ta’ Karl Azzopardi għal Phoenix għal Phoenix pero’ Siġġiewi wieġbu permezz ta’ Kodomaris u Graham Coleiro. Fl-intervall Siġġiewi kellhom vantaġġ ta’ 22 punt 35-13.

Fit-tielet sessjoni, Siġġiewi reġgħu għamlu run oħra ta’ 9-1 dejjem permezz ta’ Kodomaris u Coleiro. Joe Vassallo u Trevor Grech wieġbu għal Phoenix qabel ma Kodomaris reġa’ għamel 7 punti oħra għal Siġġiewi li temmew is-sessjoni 52-25 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet verament kwieta u fiha saru biss 10 punti. Luke Grima għamel żewġ baskets għal Siġġiewi. Bejniethom kien hemm il-punti ta’ Vassallo u Gary Micallef għal Siġġiewi li rebħu l-partita 56-31.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli, G. Micallef 4, J. Vassallo 10, K. Azzopardi 7, R. Curmi 6, T. Grech 4, A. Costa, K. Vella.

Siġġiewi: E. Vellam, S, Mamo 2, G. Gauchi Grech 2, JP Antoncic 2, L. Grima 4, A. Duncan, A. Debattista, A. Cutajar, A. Shoults 5, G. Coleiro 14, C. Kodomaris 27.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

 

Miscela D’Oro Mtarfa 44

Floriana 64

(11-12)(8-25)(11-9)(14-18)

 

Floriana kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat biex laħqu lil Mellieħa fil-klassifika wara li għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 64-44. Mtarfa kellhom nieqes lil David Debono fil-waqt li Floriana kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Floriana bdew tajjeb bil-punti ta’ Jeremy Curmi pero’ sa’ nofs is-sessjoni Mtarfa dawru l-iskor wara baskets minn Darryl Schembri u Malcolm Sammut. B’run oħra ta’ 6-0 Floriana reġgħu kabbru l-vantaġġ, pero’ Mtarfa għalqu s-sessjoni b’żewġ baskets ta’ Josef Attard għal skor ta’ 12-11. It-tieni sessjoni fetħet b’basket fuq kull naħa, Floriana għamlu break qawwi ta’ 10-0 b’Curmi jkompli jispikka. Mtarfa sabu diffikulta enormi, u Floriana għamlu run oħra ta’ 13-3 bi trippla minn Polis biex fl-intervall huma kellhom vantaġġ ta’ 18 –il punt 37-19.

It-tielet sessjoni bdiet b’basket ta’ Jarnis Viibe għal Mtarfa qabel ma Floriana għamlu break ieħor ta’ 9-0. Dawn kellhom ikunu l-uniċi punti ta’ Floriana f’din is-sessjoni għaliex fis-seba’ minuta Mtarfa bdew run ta’ 10-0 bi trippla ta’ JP Borg biex sa’ tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk għal 16 –il punt 30-46. Fl-aħħar sessjoni Floriana żiedu l-vantaġġ wara trippla ta’ Rihards Polis, b’Matthew Borg iwieġeb għal Mtarfa. Simon Schembri għamel trippla għal Floriana l-istess kif għamel Borg biex Floriana rebħu l-partita 64-44.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: M. Sammut 7, J. Attard 5, D. Farrugia 7, JP Borg 3, N. Grech 3, A. Psaila, M. Agius, J. Viibe 2, D. Schembri 7, M. Borg 10.

Floriana: A. Pace, E. Farrugia 4,  A. Baldacchino 2, R. Polis 17, J. Curmi 17, M. Pace, K. Borg, S. Schembri 11, G. Cordina, O. Shamala 13.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Starlites

5

5

0

10

St. Nicholas Suns

6

4

2

10

Siġġiewi

5

4

1

9

Mellieħa Tritones

5

2

3

7

Floriana

5

2

3

7

Phoenix Qormi Żmerċ Pub

5

1

4

6

Miscela D’Oro Mtarfa

5

0

5

5

 






Leave a comment