Summer Soccer Fun School min-nursery ta’ Valletta FC

Wednesday, June 29, 2011, 13:55

minn Cristian Muscat

In-nursery ta’ Valletta se torganizza summer soccer fun school li se tibda minn nhar il-Ġimgha l-1 ta’ lulju. Din is-summer fun school se tkun qed tiġi organizzata kull nhar t’ Erbgħa u kull nhar ta’ Ġimgha ta’ kull ġimgha sal-ewwel ġimgha t’ Awwissu. Dawk interessati li jirreġistraw għandhom jagħmlu dan fit-training grounds tas-Salinos li jinsabu fejn il-bus terminus ta’ ħdejn bieb il-Belt.

Is-summer soccer fun school se tkun taħt id-direzzjoni tad-direttur tekniku ġdid ta’ din in-nursery Charles Williams li għandu esperjenza twila u wiesa’ f’ akkademji tal-futbol ġewwa l-Istati Uniti kif ukoll tal-ex plejer ta’ Valletta kif ukoll ta’ malta fis-snin 50 u 60 u li issa huwa l-head kowċ il-ġdid tan-nursery ta’ Valletta Anton Cremona. Ukoll, l-ex plejer internazzjonali Malti u captain ta’ Valletta preżentament Gilbert Agius se jkun qed jassisti u jgħin f’ din is-summer soccer fun school.





Leave a comment