- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Summer On The Move starts in Malta and Gozo

Posted By Sportinmalta On August 4, 2016 @ 8:03 pm In Featured,General | No Comments

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

A two month campaign promoting sport and physical education in all Maltese and Gozitan schools reached its climax as the programme ‘Summer on the Move’ opened its doors in the last few days. The programme will end in September.

The main objective of this programme is to attract as many children, youth and adults as possible towards physical activity during the summer months where normally most have some more extra free time during this period.

This programme is an extension to the campaigns Be Active and Move that started some months ago so as to continue increasing participation and influence people’s perception in viewing sports as a means to live a better life.

For the first time the programme Summer on the Move reached its maximum capacity weeks prior to its starting date due to the fact that the sports activities are being offered at numerous centres spread around Malta and Gozo thus making the programme even more accessible.

Moreover the increase in the financial backing to this programme has made it possible for SportMalta to maintain low and affordable prices for everyone consequently embracing the inclusion of all alike.

All coaches engaged by SportMalta to lead this programme are qualified, dedicated and passionate about their work providing added value to the programme. Furthermore even the helpers engaged to assist the coaches are students specialising the field of sports enhancing even further the service offered to SportMalta’s clients.

Apart from the sport discipline itself coaches make sure that they guide the participants and impart information on the importance of a healthy diet, drinking plenty of water and protecting oneself from the sun by using adequate protection.

The Parliamentary Secretary for Sports visited one of these centres and stated that this is another initiative towards encouraging an active Maltese society with the aim of reducing obesity in our country. He emphasised the fact that every citizen should realise that a sedentary life accompanied by an unhealthy diet can seriously jeopardise one’s health. He praised SportMalta for contributing to change this mentality.

Luciano Busuttil, Chairman of SportMalta stated that this was the first time that bookings for the programmes reached saturation point and SportMalta had to close its booking system with the record participation reaching a staggering 2600 participants. He also remarked that as from this year more disciplines were offered.

————————————————————————————————————————————————————-

Malti

Kampanja ta’ madwar xahrejn li tippromovi sport u edukazzjoni fiżika, li daret l-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex,  laħqet il-kulminu tagħha meta f’dawn l-aħħar jiem beda l-programm Summer on the Move li jiġi fi tmiemu f’Settembru li ġej.

L-għan ta’ dan il-programm huwa li jressaq kemm jista jkun tfal, żgħażagħ u adulti lejn attivita sportiva fix-xhur tas-Sajf,  meta t-tendenza hija li kulħadd ikollu iktar ħin liberu.  Programm li huwa kontinwazzjoni tal-kampanji #BeActive u Move li bdew xhur ilu sabiex inżidu iktar il-parteċipazzjoni ta’ nies li jaraw l-isport bħala mezz ta’ kif wieħed jgħix ħajja aħjar.

Firxa wiesgħa ta’ ċentri madwar Malta u Għawdex taw opportunita lil iktar nies jersqu lejn dawn il-programmi sabiex għall-ewwel darba kemm ilu jsir Summer on The Move, il-postijiet ġew kollha mimlija minn ġimgħat qabel.  Mhux hekk biss l-injezzjoni finanzjarja li ta SportMalta lil dawn il-programmi għamlet possibbli li l-prezzijiet jibqgħu baxxi ħafna u allura jippermettu l-inklużjoni ta’ kulħadd.

Saħħa oħra li għandu dan il-programm huwa li l-kowċis kollha ingaġġati huma kwalifikati u jagħmlu x-xogħol tagħhom b’dedikazzjoni u bil-passjoni, dan biex jiġi garantit livell għoli f’kull dixxiplina.  Mhux hekk biss ammont ta’ helpers ħafna minnhom studenti li fil-ħsieb tagħhom hu li jagħmlu karriera fl-isport qed jgħinu lil dawn il-kowċis sabiex il-parteċipanti jkollhom servizz aħjar.  Barra l-isport, il-kowċis qed jigwidaw lill-parteċipanti kollha fuq il-bżonn ta’ ikel sustanzjuz, il-bżonn li wieħed jixrob l-ilma u anke il-protezzjoni mir-raġġi tax-xemx.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius żar wieħed miċ-ċentri fejn għaddej il-programm Summer on the Move u filwaqt li faħħar dan il-programm saħaq li dan huwa pass iehor biex aktar ċittadini Maltin ikunu attivi u jitnaqqas l-persentaġġ ta’ ċittadini obeżi li hawn f’pajjiżna. Huwa kompla jisħaq li l-ħajja sedentarja tagħna flimkien ma’ dieta ħażina hija pjaga li trid tinbidel u kull ċittadin għandu jagħraf x’għandu jagħmel sabiex jgħix ħajja aktar sana.  Madanakollu, sostna s-Segretarju Parlamentari, irridu ninvestu fil-faċilitajiet sabiex inkomplu nikbru u nilqgħu aktar parteċipanti.

Ic-Chairman ta’ SportMalta, Luciano Busuttil semma kif għall-ewwel darba l-programm Summer on the Move laħaq punt ta’ saturazzjoni u kellu jieqaf jilqa’ l-applikazzjonijiet hekk kif intlaħaq l-ammont ta’ 5,600 parteċipant.  Minn din is-sena komplew jiżdiedu anke d-dixxiplini li qed ikunu offruti.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/summer-on-the-move-starts-in-malta-and-gozo/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.