Summer Football School organizzata min-Nursery ta’ Sliema Wanderers

Wednesday, June 29, 2011, 13:05

minn Cristian Muscat

Is-Sliema Nursery Summer football school se terġa’ lura f’ dan l-istagun tas-Sajf bi programm ta’ ħiliet fil-futbol aġġornat fejn it-tagħlim tal-futbol huwa wkoll gost. L-emfazi se tkun fuq attenzjoni individwali kif ukoll fuq logħob fi gruppi żgħar biex b’ hekk il-gost tal-logħba kif ukoll l-avvanz fil-logħba ta’ kull parteċipant ikunu assigurati. Biex tiġi evitata s-sħana kbira li taħkem lill-pajjiżna f’ dan l-isaġun sħun, is-sessjonijiet ta’ taħriġ se jiġu organizzati filgħaxijiet fis-6.30pm u jibdew nhar it-18 ta’ lulju.

Subien u bniet ta’ bejn il-ħames u s-seba’ snin se jkollhom is-sessjonijiet tagħhom imħejjija nhar ta’ Tnejn u nhar t’ Erbgha waqt li etajiet ta’ bejn it-tmienja u l-ħdax il-sena se jkollhom is-sessjonijiet tagħhom imħejjija nhar ta’ Tlieta kif ukoll nhar ta’ Ħamis. Għal iktar informazzjoni dettaljata wieħed għandu jikuntatja lill-amministrazzjoni tan-nursery ta’ Sliema Wanderers filgħaxijiet.





1 Comment

  1. mark mifsud says:

    jina iteressat ingib it tifel andu 10 snin il granet ok u kemm hu il corse u meta jispicca grazzi

    [Reply]

Leave a comment