Sue Abela rebbieħa tal-midalja tal-fidda fl-ISBT fi Franza

Monday, April 29, 2019, 7:14

Sue Abela reġgħet rebħet midalja oħra fil-karriera internazzjonali tagħha fil-bowling, billi kisbet riżultat ieħor brillanti barra minn xtutna, din id-darba fit-tmien edizzjoni tat-Track ISBT Open fi Franza.

Wara li Abela kkwalifikat direttament għall-finali billi spiċċat fir-4 post, b’medja ta’ 202 pin,  żiedet iktar fir-rawnd robin fejn rebħet 4 mis-sebgħa skontri diretti biex b’hekk telgħet fit-tieni post b’medja ferm tajba ta’ 208 scratch.

Il-Franċiża Jacqueline Faure rebħet il-midalja tad-deheb wara li rnexxiela tirbaħ is-7 logħbiet diretti kollha.





Leave a comment