Suċċess kbir għal-lottaturi Maltin fil-Welsh Open

Tuesday, April 17, 2012, 19:01


It-tim nazzjonali Malti tal-lotta wettaq suċċess kbir fil-Welsh Open f’Cardiff il-bieraħ filgħaxija. B’kollox il-Maltin rebħu mhux anqas minn 14-il kumbattiment filwaqt li tilfu biss ħamsa. Barra minn hekk minn sitt kategoriji ta’ piż rebħa erbgħa minnhom.

 

 

Ir-rebbieħa Maltin tal-kategoriji kienu;

47kg. Gary Giordimaina

60kg. Adam Vell

84kg. Abraham Vassallo

96kg. Aidan Buhagiar

George Vassallo u Andrea Saliba rebħu midalji tal-fidda fil-kategoriji rispttivi tzagħhom. Il-kontinġent kien jinkludi wkoll lil David Zammit u l-uffiċ1jal Kenneth Vella.

Mertu kbir imur għall-kowċ nazzjonali Jesmond Giordimaina li teknikament ipprepara tant tajjeb biex il-lottauri tiegħu kisbu dan ir-riżultat.

Il-kontinġent Malti bħal issa qed jieħu sehem fi programm ta’ taħriġ flimkien ma’ lottaturi oħra li ħadu sehem fl-istess kompetizzjoni internazzjonali.

 

 

 

 

    





Leave a comment