- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Suċċess ieħor għal AtoZ Electronics Athleta

Posted By sportinmalta1 On February 11, 2015 @ 5:52 pm In Basketball,Featured | No Comments

BANK OF VALLETTA KNOCK-OUT IRĠIEL

minn Colin Schembri

Cynergi Virtus 51

A to Z Electronics Athleta 59      
(3-19)(12-11)(12-13)(24-16)

AtoZ Electronics Athleta komplew bis-sensiela mpressjonanti ta’ rebħ tal-unuri fejn rebħu r-raba’ unur tagħhom dan l-istaġun. Huma rebħu l-Bank of Valletta Knock-out għal 11 –il darba fl-istorja tagħhom meta għelbu lil Cynergi Virtus 59-51. Quddiem pubbliku ferm numeruż, it-team tal-Athleta kellhom bidu stupend li kien strumentali għall-kumplament tal-partita. L-unur tal-MVP li gie ntroddot minn din is-sena ntrebaħ minn Michael Naudi li kellhnu 12 –il punt, 16 –il rebound, 3 steals u sofra seba’ fouls. Wara bidu diffiċli, t-team ta’ Virtus tħabtu ferm biex jirkupraw id-distakk però sabu d-difiża agressiva tal-Athleta. B’mod forsi mhux mistenni minn dawk preżenti, t-team tal-Athleta fetaħ il-partita b’19 –il punt mingħajr risposta. Huma kellhom lil players kważi kollha jniżżlu isimhom fost l-iskorers fejn kellhom ukoll trippla minn Patus. Huma ħallew lil Virtus mingħajr l-ebda punt b’difiża solida u veloċi. Kien biss fl-aħħar minuta li Virtus kisbu l-ewwel punti tagħhom bi trippla tal-Amerikan Mike Bruesewitz għal skor ta’ 19-3. Fit-tieni sessjoni Athleta kellhom it-trippli minn Omar Said u Patus biex komplew iżidu l-vantaġġ. Virtus wieġbu bil-punti ta’ Shawn Pace u David Bugeja, qabel ma Isaac Tanti u Patus kellhom aktar punti għall-Athleta. Bruesewitz u Peter Shoults wieġbu għal Virtus qabel l-intervall għal skor ta’ 30-15. Shoults kien sfortunat li kellhu jħalli l-logħba fit-tielet sessjoni wara injury.

Wara l-intervall Athleta bdew bil-punti ta’ Naudi u Tanti però Virtus kellhom il-punti ta’ Bugeja u Robert Bonnici flimkien ma’ Shoults qabel ma weġġa. Roderick Vella kellhu trippla għall-Athleta li temmew is-sessjoni 43-27 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Virtus żiedu l-isforzi tagħhom biex jirkupraw id-distakk. Bruesewitz bdielhom run ta’ 12-4 fejn kellhom ukoll żewġ trippli minn Bonnici u l-istess Bruesewitz. Athleta rkupraw u wieġbu bil-punti ta’ Patus u Said però Pace kellhu tlett punti oħra għal skor ta’ 42-50. Bruesewitz qarreb lil Virtus sa’ sitt punti ‘l bogħod 47-53 bl-Athleta jwieġbu bil-punti ta’ Patus, Naudi u Vella. Minkejja li Virtus kellhom trippla oħra minn Bonnici però ma kienx għad fadal ħin biex Athleta ħarġu rebbieħa 59-51. Fi tmiem il-partita s-Sur Peter Perotti Chief Officer Bank of Valletta ppreżenta l-midalji lir-rebbieħa u t-trofew lil Omar Said fost il-ferħ tal-players sħabu u l-partitarji tal-Athleta.

Cynergi Virtus: S. Pace 6, D. Bugeja 8, R. Bonnici 11, T. Grech,  M. Falzon, M. Bruesewitz 18, A. Felice Pace, A. Axiaq 2, I. Buldakov, G. Coleiro, P. Shoults 6, F. Bartolo.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 12, R. Vella 11, F. Mifsud Bonnici, C. Patus 12, A. Aquilina 2, M. G. Montaldo, O. Said 12, M. Gouder, I. Tanti 10.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Clive Terribile.

Ritratti: MBA Facebook Page; BOV Club Facebook Page.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/success-iehor-ghal-atoz-electronics-athleta/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.