Suċċess għaż-żewġ timijiet Beltin fil-Bormla SC Citta Cospicua International Open 2019

Monday, February 25, 2019, 13:45

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Bormla Subbuteo Club bil-kollaborazjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla organiżżaw l-International Open fil-Kazin tal-Banda San Ġorġ.

Valletta Subbuteo Club kienu r-rebbieħa ta’ dan it-turnament fil-kategorija tat-timijiet.  Bormla Subbuteo Club ġew fit-tieni post u warajhom ġew Valletta Lions TFC.

Samuel Bartolo ta’ Valletta Subbuteo Club kien ir-rebbieħ tal-kategorija Open, meta fil-finali għeleb lil Charlie Aquilina ta’ Bormla SC bl-iskor ta’ 5-1.  Tristan Fenech u Mauro Camilleri kienu ż-żewġ semifinalisti.

Fil-kategorija tal-Veterani Mario Camilleri ta’ Valletta Subbuteo Club rebaħ il-finali kontra Adrian Bonnici ta’ Valletta Lions TFC. Il-logħba spiċċat bl-iskor ta’ 1-1, iżda ntrebħet minn Camilleri bis-sudden death.  John Zammit u Charlie Aquilina waslu sas-semifinali.

Fil-kategorija ta’ taħt il-ħmistax-il sena Thomas Ebejer ta’ Valletta Lions TFC rebaħ, fil-finali kontra Jeshua Bonnici ta’ Valletta Lions TFC.  Kayden Barun u Jayden Bonnici kienu semifinalisti.

Il-preżentazjoni saret mis-Sindku ta’ Bormla s-Sinjura Alison Zerafa Civelli.

 

Coppa Italia

Fl-istess tmiem il-ġimgħa, żewġ plejers Maltin kienu qed jikkompetu ġewwa l-Italja fil-Coppa Italja.  ASC Perugia li magħhom jilgħab Mark Gauci  sfortunatament m’għadewx il-fażi tal-gruppi.  Filwaqt li Napoli Fighters li magħhom jilgħab Massimo Cremona  waslu sal-finali.

 





Leave a comment