Suċċess għat-Taekwondo Dragon Club

Saturday, June 19, 2010, 20:15

It-Taekwondo Dragon Club żamm it-tieni sessjoni tal-eżamijiet tal-grading għall-iżgħar membri tal-klabb nhar il-Erbgħa 26 ta’ Mejju. Dawn huma r-riżultati tal-eżamijiet skond il-livell individwali :

Yellow Tab (9th kup): Christian Sant, Joseph, Deborah & Samantha Caruana, Amanda Borg, Jody Bruno, Sheldon Micallef, Shania Maria & Kylie Magro

Green Tab (7th kup): Luke & Nadine Ebejer, Nicola & Kristina Borg Cardona

Green Belt (6th kup): Jaydon Portelli

Blue Belt (4th kup): Brandon Borg

Red Tab (3rd kup): Duncan Munro

Deborah Caruana kisbet l-għola riżultat fost il-parteċipanti.

F’sessjoni oħra tal-gradings li saru għal membri l-oħra tal-klabb fit-8 ta’ Mejju, 5 membri kisbu ir-riżultati segwenti:

Yellow Belt (9th kup): Henry Aquilina

Yellow Belt (8th kup): Diane Fenech & Kyle Vassallo

Blue Tab (5th kup): Mauro Busuttil

Red Belt (2nd kup): Gabriel Borg

It-Taekwondo Dragon Club kiseb suċċess kbir waqt it-19-il kompetizzjoni mgħarufa bħala n-National Kyorugi Championships fejn 3 parteċipanti minn 5 kisbu suċċess fil-kategoriji rispettivi tagħhom:

Pewee B: Chloe Vassallo
Cadets CB: Lynsey Fenech (Female)
Juniors A: Kyle Vassallo

Iż-żewġ kompetituri l-oħra li pparteċipaw fiċ-championships kienu Mauro Busuttil u Jesred Piscopo li pparteċipaw fil kategoriji Seniors A & Cadets CB (Male) rispettivament.

Chloe u Kyle Vassallo, Lynsey Fenech u Mauro Busuttil se jirrappreżentaw lil Malta fit-13th UTF British International Open li ssir fl-10 u l-11 ta’ Lulju f’ Crawley.

Bejn it-23 u t-25 ta’ Mejju, il-kowċ tal-klabb, Stephen Formosa attenda taħriġ intensiv f’Sindilfingen fil-Ġermanja li kien ikopri l-poomse (patterns) li kienu mmexxijja miċ-champion tad-dinja tal-2006 u kowċ nazzjonali Korean Master Ik-Pil Kang (8th Dan). Flimkien ma Kang kien hemm il-Grand Master Park Soo Nam (9th Dan) li jgħix f’Stuttgart fil-Ġermanja. Dan it-taħriġ kien parzjalment imħallas mill-Malta Taekwondo Federation.

Fl-aħħar tas-sena il-klabb mistenni jipparteċipa fil-kompetizzjonijiet tal-Poomsae u Kyorugi fil-Park Pokal (cup) Open li se jsir f’Sindelfingen fil-Ġermanja.

Minn Ġunju, il-klabb se jorganizza sensiela ta’ sessjonijiet b’kollaborazzjoni mal-Kunsill lokali ta’ Birkirkara. Dawk kollha li huma interessati li jipparteċipaw huma mitluba biex jikkuntattjaw il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara mill-aktar fiss possibbli hekk kif in-numru ta parteċipanti huwa limitat.

Dawk interessati biex jingħaqdu mal-klabb jistgħu jagħmlu dan billi jċemplu fuq 9986 8789/9945 2010 jew jibgħatu e-mail fuq : info@tdc.org.mt. Idħol fuq www.tdc.org.mt għal aktar dettalji.





1 Comment

  1. alan says:

    Prosit kbira lil atleti u iktar lil Malta Teakowndo federation… Keep Martial arts ALIVE……..

    [Reply]

Leave a comment