Suċċess għall-Juventus Soccer School Malta

Wednesday, May 4, 2011, 17:29

minn Cristian Muscat.

 Ivan Veselji u Timothy Aquilina jintagħżlu mas-Selezzjoni Esperimentali

Arrival in Milan

Arrival in Milan

Għat-tielet darba f’dan l-istaġun, Juventus Soccer School Malta kienet Torino ftit tal-jiem ilu bid-differenza li din id-darba pparteċipat f’Tournament uffiċjali  kompetittiv tradizzjonali fi tmiem l-istaġun liema kompetzzżjoni hi magħrufa bl-isem ta’ Juventus National  Academy Cup.

Dan hija l-Ħames Edizzjoni ta’ dan it-Touranment li jkun organizzat kull sena mill-Juventus National Academy u li fih jipparteċipaw l-iskejjel kollha tal-JSS madwar l-Italja fejn din is-sena ġiet inkluża  JSS Malta permezz tal-kumpanija lokali Events Services. F’dan it-Tournamnet ħadu sehem tfal li twieldu fl-1998, ESORDIENTI fejn b’kollox kien hemm mat-800 tifel li ħadu seħem. It-Tournament kien imqassam fuq tlett ijiem, fejn l-ewwel ġurnata kienet ibbażata fuq logħob tekniku kemm individwali kif ukoll ta’ tim.  It-tieni ġurnata kienet iddedikata kollha għal-logħob kompetittiv fejn rajna t-timijiet jinqasmu f’erba’ gruppi, fejn fl-ewwel tliet gruppi kien hemm għaxar timijiet f’kull grupp, u fir-raba’ grupp kien hemm biss tmien timijiet.

Ivan Veselji - Best Player Award

Ivan Veselji - Best Player Award

Il-gruppi ġew iffurmati mit-timijiet skond il-punti li ġabu fl-ewwel ġurnata. It-tielet ġurnata kienet iddedikata kollha għal logħob mis-selezzjoni tat-tfal li ġew magħżula mill-kowċis li kienu jagħmlu parti mit-timijiet li ħadu sehem fil- ġranet ta’ qabel kontra t-tim tal- Juventus Esperimentali, u wara kien hemm is-semi finali u l-finali tal- Ħames Edizzjoni Juventus National Academy Cup 2011.

Fl-ewwel ġurnata tal-kompetizjoni li kienet tikkonsisti fi Freestyle Fantasy, Soccer Speed,  5 vs 5 , kif ukoll Quiz, it-tfal tal-JSS Malta irreġistraw 580 punt fejn  ikklassifikaw fl-ewwel post minn 38 tim  bit-tieni post spiċċaw JSS Toscana USD Pieve San Paolo Capannori b’541 punt, segwiti mill-JSS Stars ta’ Grugliasco Piemonte b’530 punt. It-tfal Maltin ħallew impressjoni eċċellenti kemm fl-assessjar individwali kif ukoll fil-kollettiv fid-dixxiplini tekniċi. Wara din l-ewwel ġurnata ta’ din il-kompetizzjoni, l-attenzjoni  daret fuq it-Tournament innifsu fejn it-tim Malti mar jifforma l-Grupp A, grupp li kien magħmul kollu mill-ewwel għaxar timijiet li ġew ikklassifikati fl-ewwel ġurnata. Hawnhekk il-grupp reġa’ nqasam f’żewġ gruppi oħra li kienu magħmula minn ħames timijiet f’kull grupp, fejn l-ewwel żewġ timijiet li jispiċċaw fl-ewwel u tieni post rispettivament ikunu jistgħu  jikkompetu għall-Finali.

Il-logħob kien ta’ 30 minuta bi 15-il minuta kull taqsima fejn wara l-ewwel taqsima jingħataw 30 sekonda biss lil kull tim li jibdel tal-inqas sebgħa mit-tmien plejers li jkunu fil- grawnd. Dan biex jippermetti li kull tifel jilgħab 15-il minuta. HawnHekk rajna lit-tim Malti jilgħab erba’ logħbiet fejn ġie draw fi tnejn bl-iskor ta’ 2-2 u 1-1 rispettivament u tilef iż-żewġ logħbiet l-oħra bl-iskor identiku ta’ 1-0.  Wara kien hemm il-Play Offs għall-ħames sal-għaxar post fejn it-tim Malti spiċċa fit-tmien post minn fost it-38 tim li ħadu sehem. Tragwardi li ġabu ferħ kbir kemm mit-tfal kif ukoll mid-diriġenti tal-JSS Malta u mhux anqas mill-ġenituri tat-tfal li kien hemm preżenti jagħtu s-sapport kontinwu lit-tfal tagħhom.

Għal din l-edizzjoni tal-Juventus National  Academy Cup  kien hemm preżenti l-ex plejer Juventin kif ukoll tat-tim Nazzjonali Taljan Gianluca Pessotto li huwa l-Maniġer tal-Juventus Soccer Schools, flimkien  mar-responsabbli mis-Settore Giovanile tal-Juventus – is-Sur Giusseppe Rossi.  Jakkumpanja lil dawn il-personalitajiet kien hemm Alessandro Ramello li huwa l-Head Coach tal-Juventus Soccer Schools kif ukoll Andrea Vaccarano li huwa d-Direttur tal-Juventus Soccer Schools.

With Gianluca Pessotto

With Gianluca Pessotto

Sorpriża kbira għat-tfal kienet l-apparenza li għamlu ż-żewġ plejers Juventini, Fabio Quagliarella flimkien ma’ Vincenzo Iaquinta fejn dawn iltaqgħu mat-tfal u ħadu ritratti ma’ kull tim li kien qiegħed jipparteċipa għal din il- Ħames Edizzjoni tal-Juventus Accademy Cup.

 Il-mawra tal-kontinġent Malti ffurmata minn 15-il plejer ma setax kellha tmiem aħjar hekk kif fl-aħħar ġurnata tat-Tournament, żewġ plajers tal-JSS Malta ġew magħżula fis-selezzjoni ta’ plejers li pparteċipaw f’logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet qabel il-finali. Dawn iż-żewġ plejers Maltin huma Ivan Veselji ta’ 10 snin kif ukoll il-goalkeeper ta’ 12-il sena Timothy Aquilina. Timothy Aquilina ġie vvutat mill-kowċis tat-timijiet parteċipanti  bħala l-Aqwa Goalkeeper u Ivan Veselji  ġie ivvutat mill-kowċis tal-Juventus National Academy bl-unur prestiġġjuż  tal-Aqwa Plejer  fit-Tournament minn fost 800 plejer.

Din kienet l-aħħar mawra f’Turin għal dan l-istaġun tal-Juventus Soccer School Malta fejn issa mistennija ssir serata ta’ preżentazzjoni lill-plejers kollha fis-27 ta’ Mejju fejn jagħlaq uffiċjalment dan l-istaġun. L-iskwadra li pparteċipat fil-Juventus Academy kienet immexxija minn Charles Borg li huwa l-Head Coach u d-Direttur Tekniku tal-Juventus Soccer School Malta.

Intant Events Services qed tilqa l-applikazzjonijiet mingħand il- ġenituri ta’ dawk it-tfal li jixtiequ jkunu parteċipi fil-JSS Malta Summer Camp 2011. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email lil JSS Malta fuq l-indirizz jssmalta@gmail.com jew chborg1897@onvol.net. Wieħed jistta’ jsib iktar informazzjoni fuq il-paġna tas-sit soċjali facebook JSS Malta.





3 Comments

  1. charles says:

    Prosit Boys, you made us proud……………..Well Done

    [Reply]

    Marcelle Demicoli Reply:

    Dear Charles, i’m Marcelle Demicoli from Mediacoop Ltd. We have a children’s programm on TVM during “iz-Zona”,we would like to do an interview with you regarding the “Juventus National Academy Cup”. The programm is “Project News”,maybe you can have a look at the website. If you consider to give us an interview kindly send me a contact number to fix an appointment. Thanks and regards,Marcelle

    [Reply]

  2. sav1our says:

    Well Done especially to Timmy Aqulina…Keep on training hard.

    [Reply]

Leave a comment