- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Suċċess Għall-Ewwel Kompetizzjoni ‘Compak Sporting’

Posted By Sportinmalta On June 24, 2016 @ 10:36 am In Featured,Other,Shooting | No Comments

Gavin Muscat

Il-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi u Edukattiva (KRPE) fi ħdan il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), b’suċċess organizat għal l-ewwel darba kompetizzjoni ta sparar fuq il-plattini tad-dixxiplina COMPAK SPORTING.

Il-COMPAK SPORTING hija rregolata mill-FITASC (Federation Internationale de Tir Aux Sportives de Chasse), liema Federazzjoni Internazzjonali tal-isparar sportiv u tal-kaċċa hija rappreżentata f’Malta mill-FKNK.  Il-Kompetizzjoni saret ġewwa r-ranġes tal-Bidnija grazzi għal Malta Sport Shooting Federation (MSSF).

Din l-attivita bdiet magħtul is-Sibt 4 ta’ Ġunju fejn sar it-’training’ uffiċjali, filwaqt li l-Ħadd 5 ta’ Gunju saret il-kompetizzjoni li rat konkorrenza sabieħa ta’ parteċipanti, u l-premjazzjoni saret lill-aqwa sitt kompetituri.

Fl-ewwel post klassifika Jimmy Camilleri, it-tieni post ġie Darren Vella, filwaqt li t-tielet post ittieħed minn Noel Scicluna.  Fir-raba, l-ħames u s-sitt  postiejiet ġew Kurt Azzopardi, Glen Vella u Jason Agius rispettivament.  L-Isparatura kienet ġentilment sponsorjata mill Fieldsports Ltd., Gun & Rod Ltd., Tacticarms Ltd. u Ta’ Susina Farmhouse.  

Matul il-ġurnata tal-Ħadd ġie ukoll ipprezentat is-senter ta’ marka Benelli lil Joseph D’Anastasi, ir-rebieħ ta’ lotterija imtella bħala parti mill-Mira għal-Istrina mill-FKNK u l-MSSF b’risq il-MCCF.

Finalment, il-KRPE trid tirringrazja lill-MSSF tal-koperazzjoni u l-għajnuna tagħhom u lill-isponsors kollha li għenu biex dan l-avveniment jiġi promoss u organizzat, u Grazzi kbira tmur ukoll lil dawk kollha li pparteċipaw bi spirtu sportiv filwaqt li taw spettaklu lil dawk prezenti waqt dan l-avveniment.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/success-ghall-ewwel-kompetizzjoni-compak-sporting/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.