Suċċess għall-Bodybuilding Malti ġewwa l-Ewropa

Monday, May 28, 2012, 19:19

Nhar is-Sibt 5 ta’ Mejju ġie mtella’ t-tielet kampjonat tal-Malta Bodybuilding and Physique Sports Federation ġewwa l-Istitut Kattoliku Floriana.  Din l-għaqda, mmexxijja mill-President Claudio Galea, aktar magħruf f’dan il-qasam bħala d-Derek, hija waħda mit-tliet federazzjonijiet tal-bodybuilding ġewwa pajjiżna li aktar ma jmur aktar qiegħda tikber u tissaħħaħ.  Kienet kompetizzjoni akkanita bejn dsatax -il kompetitur li kienu maqsuma f’diversi kategoriji skond il-piż tal-atleti.  Bhalma dejjem sar f’kompetizzjonijiet preċedenti, minbarra l-kategoriji varji tal-piż, il-kompetizzjoni kienet ukoll maqsuma fi klassijiet ta’ Bodybuilding, Men’s Physique kif ukoll kategoriji tal-Masters, Juniors u anke dawk tan-nisa.

Ir-rebbieħa f’kull kategorija kienu;

Novices – 1) Malcolm Buttigieg 2) Luke Chricciola 3) Bjorn Camilleri
Masters over 40 – Jesmond Mercieca
Masters over 50 – Giuseppe Cali
Masters over 60 – Sammy Ghiller
Men’s Physique 75Kgs – 1) Peter Callus. Also awarded Best Poser 2) Andrew Farrugia 3) Luke Chricciola
Men’s Physique 80Kgs – 1) Charlo Grima 2) Clinton Magro 3) Bjorn Camilleri
Female Figure – Marisa Maranon
Men’s Bodybuilding 85Kgs – 1) Jesmond Mercieca 2) Ian Borg 3) Jeremy Camilleri
Men’s Bodybuilding 90Kgs – 1) Norton Chalker 2) Giuseppe Cali
Men’s Bodybuilding over 90Kgs – 1) Malcolm Buttigieg 2) Luca Migneco
Men’s Overall Physique Winner – Charlo Grima
Men’s Bodybuilding Overall Winner – Norton Chalker
Overall Show Winners – 1) Norton Chalker 2) Malcolm Buttigieg 3) Jesmond Mercieca

Suċċessivament, tim Malti ta’ tliet atleti ffurmat minn Norton Chalker, Giuseppe Cali u Roderick Theuma irrapreżentaw lil pajjiżna nhar is-Sibt illi għadda ġewwa r-Rumanija fil-kampjonati Ewropej tal-WBPF fejn għamlu suċċess kbir billi ġabu riżultati tajbin ħafna.   F’dawn il-kampjonati, Norton Chalker ħa t-tielet post fil-kategorija Bodybuilding 90kgs, Giuseppe Cali ġie t-tielet fil-kategorija Masters u Roderick Theuma ha r-raba’ post fil-kategorija rispettiva tieghu.  Dawn l-atelti huma mistennija lura f’pajjizna nhar it-tlieta 29 ta Mejju u għalhekk kulħadd hu mistieden li jmur jilqagħhom bi ħġaru ġewwa l-ajruport internazzjonli ta’ Malta fl-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija.

 





Leave a comment