Suċċess għal Starites GIG fin-Knock out tat-tieni diviżjoni

Monday, April 1, 2019, 20:49

Bank of Valletta Knock-out Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Starlites GIG 82

Victoria Libertas 67

(28-11)(15-15)(18-28)(22-13)

Starlites GIG rebħu l-BOV Knock-out tat-tieni diviżjoni wara li fil-finali għelbu lil

Ritratt: Stefan Abela (BOV Club)

Victoria Libertas 82-67. Iż-żagħżagħ ta’ Starlites kienu fil-kontroll tul il-partita kollha bil-koppja Miguel Falzon u Nenad Stojanovski jaqsmu bejniethom 46 punt b’Falzon ikun ivvutat bħala l-MVP tal-finali. Libertas ippruvaw jirkupraw lejn it-tmiem fejn saħansitra waslu sa’ sitt punti ‘l bogħod però qatt ma rnexxielhom li jieħdu vantaġġ. Sa’ nofs l-ewwel sessjoni Starlites kienu diġa 10 minn fuq 14-4 b’żewġ three pointers minn Ian Felice Pace u Stojanovski. Wara risposta minn Libertas b’żewġ baskets ta’ Daniele Miani u Christian Briffa, Starlites għamlu run ta’ 14-0 b’diversi punti ta’ Falzon flimkien ma’ Owen Psaila u Isaac Pace biex temmew l-ewwel taqsima 28-11 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni, Starlites fetħu b’seba’ punti oħra mingħajr risposta. Hawn Libertas tilfu lil Micheal Giusti wara foul anti-sportiv u ieħor tekniku u Starlites komplew iżidu l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 6-0 għal skor ta’ 43-17. Hawn Libertas kellhom mument tajjeb meta għamlu disa’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Matthew Binder biex fl-intervall Starlites kienu fuq quddiem 43-26.

Fit-tielet taqsima, Starlites fetħu bi trippla oħra ta’ Falzon qabel ma Libertas kellhom sensiela ta’ punti minn Emanuel Lupo u Briffa. It-team tal-Libertas kellhom ukoll tlett three pointers minn Binder, Robert Loporto u Enrico Lanzi biex waslu sa’ sitt punti ‘l bogħod mill-avversarji 52-58. Sa’ tmiem it-taqsima Starlites irnexxielhom iżidu l-vantaġġ b’punt 61-54. Fl-aħħar perjodu Libertas reġgħu waslu sa’ sitt punti però hawn Starlites kellhom fażi tajba bi 8 punti mingħajr

Ritratt: Stefan Abela (BOV Club)

risposta u kkontrollaw l-aħħar sforzi ta’ Libertas biex rebħu l-partita 82-67. Fi tmiem il-partita saret il-preżentazzjoni mis-Sur Peter Perotti Chief Executive tal-Bank of Valletta flimkien mal-President tal-MBA Paul Sultana. Miguel Falzon rebaħ l-unur tal-MVP fil-waqt li l-captain ta’ Starlites Owen Psaila għolla t-tazza fost il-ferħ tal-partitarji u diriġenti ta’ Starlites.

Starlites Gig: M. Falzon 23, N. Stojanovski 23.

Victoria Libertas: E. Lupo 22, E. Lanzi 11

Ritratt: Stefan Abela (BOV Club)





Leave a comment