Suċċess għal Simon Giordmaina fil-Ġermanja

Wednesday, August 24, 2011, 11:08

minn Cristian Muscat

L-aqwa drag racer Malti tal-muturi tal-kwart ta’ mil, Simon Giordmaina, qatta’ l-aħħar xhur jagħmel testijiet fuq il-mutur b’saħħtu Turbo Suzuki Hayabusa ġewwa t-track ta’ Ħal Far fejn kiser ir-rekord ta’ Malta f’ erba’ okkażjonijiet differenti meta kiseb l-aħjar ħin fil-kwart ta’ mil – dak ta’ 7.72 sekondi b’ veloċita’ ta’ 194 mil fis-siegha. Wara dan is-suċċess personali kien imiss li jmur Hockenheim fil-Ġermanja biex jikkompeti fit-tiġrija magħrufa bħala Nitrolmypx.

F’din it-tiħrija Simon ħa sehem fil-klassi Super Street Bike fejn is-sewwieq Malti kiseb hin ta’ kwalifikazzjoni tat-tielet post meta rnexxielu jtemm it-tigrija f’ hin ta’ 7.88 sekondi meta rrekordja veloċita’ massima ta’ 300 km fis-siegħa. Bħala riżultat overall Simon Giordmaina spiċċa fir-raba’ post fin-Nitrolmpx b’liema riżultat Giordmiana saħaq li huwa jinsab kemmxejn diżappuntat minħabba l-fatt li huwa jemmen li kemm huwa kif il-mutur tiegħu kellhom ħafna iktar x’joffru.





Leave a comment