Suċċess għal Siġġiewi Basketball School

Monday, November 13, 2017, 20:53

L-iskola tal-basketball ta’ Siġġiewi fil-bidu ta’ dan ix-xahar organizzat b’suċċess l-ewwel edizzjoni tal-John Debattista tournament għat-tfal tal-kategorija ta’ taħt l-erbatax –il sena kemm subien kif ukoll bniet. F’dan it-tournament ħadu sehem Ragusa, Siġġiewi, Starlites, Hibs u Depiro fis-subien u Syracusa, Siġġiewi, Depiro u Starlites fil-kategorija tal-bniet. It-tournament kien mifrux fuq tlett’ijiem u sar fil-padiljun tal-basketball f’Ta’ Qali. Minkejja li t-tournaments intrebħu miż-żewġ timijiet barranin, l-unuri ndividwali magħżula mill-coaches marru għand players Maltin. Luca Borg u Desiree Camilleri ta’ Siġġiewi kienu magħżula bħala l-MVP’s tat-tournament. L-istess żewġ players spiċċaw ukoll bħala l-aħjar three point shooters bi 13 għal Luca Borg u 5 għal Shanise Farrugia. Il-Head Coach ta’ Siġġiewi Basketball School Karl Borg esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan it-tournament fejn qal li dan serva biex it-tfal ikomplu jiffjorixxu fil-logħba. Huwa qal li l-iskola tippjana li torganizza aktar tournaments simili fil-futur. Intant, it-tournament kien irrapurtat bi prominenza f’siti Sqallin li jistghu jinqraw f’dawn il-links:

http://www.passalacquabasket.it/lunder-14-si-aggiudica-il-debattista-memorial-di-malta/

http://www.aretusabasket.com/news/6171/i-ragazzi-terribili-di-marletta-vincono-il-1st-john-debattista-memorial-di-malta





Leave a comment