Suċċess għal Nicholas Muscat u Juliana Bonanno fil-bowling lokali

Thursday, May 2, 2019, 7:59

Bonanno, li kienet fuq quddiem mill-bidu nett, għelbet lil Amanda Cini fil-finali li kienet ferm missielta. Cini li kellha bżonn żewġ strikes biex tirbaħ fl-aħħar frame, irnexxielha ġġib l-ewwel strike, iżda mbagħad ħalliet pin wieħed wieqaf bit-tieni ballun biex b’hekk Juliana rebħet bi 3 pins. (201-198). Fit tielet post spiċċat Liliana Spiteri.

Ir-rawnd robin tal-irġiel kien missielet sew, fejn iż-żagħżugħ ta’ 14-il sena Dwayne Zahra, li kien għadu kif kiser ir-rekord nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena għal serje ta’ 6 logħbiet (medja ferm tajba ta 226) fil-kwalifika, rebaħ 4 mill-ħames logħbiet biex jasal dirett fil-finali.

Muscat, li ukoll għandu 14-il sena, għeleb lil Dylan Santillo biex iffaċċja lil Zahra fil-finali, fejn kellu jirbaħlu darbtejn. L-ewwel logħba ġiet mirbuħa minn Muscat, iżda fit-tieni logħba Zahra fetaħ vantaġġ zgħir mill-bidu li baqa’ bih sal-aħħar frame, fejn ġieh split kiefer biex b’hekk Muscat rebaħ b’distakk żgħir ta’ 2 pins, 229-227.





Leave a comment