Suċċess għal-Kenneth Coleiro u Brandon Cassar fl-Off Road fil-Kroazja

Tuesday, May 16, 2017, 21:25

Oliver Attard

Kenneth Coleiro u Brandon Cassar, żewġ membri tal-All Wheel Drive Club, għadhom kif temmew b’suċċess esperjenza ġewwa l-Kroazja. Il-Kroazja Trophy, hija kompetizzjoni tal-offroad estrem u popolari ma’ ħafna sewwieqa tal-off road Maltin li ilhom jikkompetu fiha għal numru ta snin. Il-kompetizzjoni hija estrema tant li huwa ta’ sodisfazzjon kbir li wieħed jirnexxilu jispiċċa il-partijiet kollha tal-isfida. Fil-klassi li ħadu sehem fiha Coleiro u Cassar kien hemm erbgħin kompetitur minn madwar id-dinja, fejn it-tim Malti spiċċa fil-ħmistax il-post imma kien ta’ sodisfazzjon ikbar il-fatt li l-organizzaturi taw it-trofew tal-Fair Play proprju lit-tim Malti.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-





Leave a comment