Suċċess għal Karl Micallef u Bernard Sammut

Wednesday, June 27, 2018, 10:34

Nhar is-Sibt li ġej l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) se torganizza l-aħħar attività mill-Kampjonat Nazzjonali Trials 2017/2018 sponsorjat mid-ditta Pasta Poiatti. L-attivita ser issir fil-Kumpless tal-ASMK f’Ta’ Qali u tibda fl-6:00pm. Dħul għal din l-attivita ikun bla ħlas.

Intant nhar is-Sibt li għadda l-ASMK organizzat il-ħdax it-tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Għal din l-attività irreġistraw 15-il kompetitur u kellna dawn ir-rizultati.

Mill-Finali Autocross Modified Klassi A, Karl Micallef fuq Ford Fiesta rebaħ din il-finali segwit minn Noel Zammit fuq Fiat Punto waqt li fit-tielet post daħal Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. Fir-raba’ u l-ħames post daħlu Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo u Melo Zammit fuq Opel Corsa. Il-kompetituri f’din il-finali daħlu viċin xulxin.

Mill-FInali Autocross Modified Klassi B, Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta rebaħ din il-klassi segwit minn Richard Spiteri fuq Opel Nova. Fit-tielet post spiċċa Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205 filwaqt li fir-raba’ post daħal Keith Borg fuq Vauxhall Nova.

Mill-Klassi Standard, Jerome Peplow fuq Kia Avella rebaħ din il-finali segwit minn Chris Formosa fuq Ford Fiesta.

Intant il-Ħadd li għadda l-ASMK organizzat l-aħħar tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 fil-Barriera Ta’ Għansar f’San Lawrenz Għawdex. Ħadu sehem 15-il kompetitur Enduro maqsuma fi tliet klassijiet.

Fi Klassi A Bernard Sammut fuq mutur Beta iddomina din il-klassi kif ukoll il-ġurnata fejn irnexxielu jġib l-inqas ħin u jkun l-iktar veloċi dak ta 2 minuti 55.677 sekondi fuq korsa twila kilometru  u nofs. Bernard kien segwit minn Matthew Gauci fuq mutur Beta b’ħin ta’ 3 minuti 4.186 sekondi filwaqt li fit-tielet post daħal Joseph Scicluna fuq mutur KTM b’ħin ta’ 3 minuti 6.942 sekondi.

Fi Klassi B, is-sewwieq Għawdxi John Attard fuq mutur KTM rebaħ din il-klassi b’ħin ta’ 3 minuti 26.804 sekondi li kien segwit minn Gabriel Muscat fuq mutur KTM b’ħin ta’ 3 minuti 28.860 sekondi u fit-tielet post daħal James Grima fuq mutur KTM b’ħin ta’ 3 minuti 37.975 sekondi. Klassi Ċ kienet mirbuħa minn Kurt Muscat fuq mutur Yamaha b’ħin ta 5 minuti 40.841 sekondi.

Intant il-Bord tad-Dixxiplina tal-ASMK iddeċieda dwar il-każ li sar waqt il-finali tal-Autocross Klassi Standard tad-9 ta’ Ġunju 2018. Il-bord tad-Dixxiplina issospendiet lill Deane Farrugia li ssoltu jikkompeti fuq Citroen AX milli jikkompeti f’kull attività sakemm joħrog avviż ieħor. Dan wara li l-imġieba mhux xierqa li Farrugia kellu kemm wara l-inċident fil-korsa kif ukoll wara li ħareġ mill-korsa. Intant, b’konnessjoni mal-istess inċident il-bord issospenda wkoll lil Robert Giordmaina li jsuq Opel Corsa milli jikkompeti fit-tigrijiet għall kumplament ta’ dan l-istaġun.

Għal iktar informazzjoni idħlu fuq www.asmk.org.mt jew fil-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt jew fuq 9942 5489.

Rittrati ta’ Mario Micallef





Leave a comment