Suċċess għal Hibs fil-kampjonat ta’ taħt id-dsatax –il sena tat-tfajliet

Friday, April 1, 2016, 15:12

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL U/19 Nisa

minn Colin Schembri

Hibs 73

Luxol 45

(14-17)(17-5)(25-7)(17-16)

Wara li rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-sittax –il sena, Hibs rebħu wkoll dak ta’ taħt id-dsatax –il sena wara rebħa fuq Luxol 73-45. Luxol kellhom l-aħjar bidu però mal-ħin Hibs bdew jirkupraw ħadu l-kontroll tal-partita b’runs qawwija f’kull sessjoni. Wara l-ewwel basket tal-partita minn Hannah Al Tumi għal Hibs, Luxol wieġbu b’run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Cristina Sollami u baskets ta’ Oceane Visser. Hibs irrispondew bil-punti ta’ Naomi Farrugia u Al Tumi però Luxol kellhom il-punti ta’ Nicole Agius u trippla ta’ Visser għal skor ta’ 17-14. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu, Hibs ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 15-0 b’diversi punti ta’ Iona Agius, Kristy Caruana u trippla ta’ Kim Portainer Mifsud. Luxol finalmen wieġbu b’basket ta’ Agius però Hibs daħlu jistrieħu 31-22 minn fuq.

Fit-tielet taqsima iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u trippla oħra ta’ Visser ressqet lil Luxol 12 –il punt minn taħt 27-39. Wara basket ieħor fuq kull naħa, kien hemm run oħra qawwija ta’ 15-0 minn Hibs bil-fast breaks ta’ Agius u trippla ta’ Farrugia għal skor ta’ 56-29. Il-vantaġġ ta’ Hibs kompla jikber b’run oħra ta’ 13-0 fl-aħħar taqsima bil-punti ta’ Nicole Vella u trippla ta’ Nina Herceg. Luxol għalqu l-partita bi break ta’ 10-0 bil-punti ta’ Agius, Sollami u Noelene Vella però dawn servew biss biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli għaliex Hibs rebħu l-partita 73-45. Fi tmiem il-partita s-Segretarju Ġenerali tal-MBA Joseph Muscat ippreżenta t-trofew ta’ champions lil captain ta’ Hibs Naomi Farrugia.

Hibs: Nicole Vella 6, Iona Agius 22, Jasmine Abela, Britney Agius, Kim Portainer Mifsud 7, Nina Herceg 5, Naomi Farrugia, Hannah Al Tumi 20, Kristy Caruana 6, Jamine Valletta.

Luxol: Nicole Agius 10, Christine Borg Millo, Kaya Calleja 2, Noelene Vella 5, Oceane Visser 14, Cristina Sollami 10, Jade Doughty, Alexia Parnis, Lara Caruana Montaldo, Jasmine Seghatoleslami 4.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/mpcphotographers/?fref=ts





Leave a comment