Suċċess għal Hibernians fit-tazza Louis Borg

Monday, February 11, 2019, 22:14

Tazza Louis Borg Nisa

 minn Colin Schembri

Hibernians 82

Depiro 43

(18-4)(28-7)(22-8)(14-24)

Hibs għamlu ċert mir-rebħa sa’ mill-ewwel finali li rebħu b’distakk ta’ 39 punt hekk kif huma ħarġu rebbieħa 82-43. Hibs rebħu din it-tazza għal 8 darbiet fejn f’ħames finali minnhom l-avversarji kienu l-istess Depiro li minn naħa tagħhom rebħu l-unur għal sitt darbiet fosthom erbgħa konsekuttivi bejn l-2002 u l-2005. Hibs iddominaw il-partita sa’ mill-ewwel minuti fejn wara basker inizzjali minn Elena Cassar, huma komplew b’run ta’ 14-0 b’diversi punti minn Amelia Simmons li spiċċat il-partita b’xejn anqas minn 41 punt. Depiro waqqfuhom bi trippla ta’ Nicole Agius iżda punti minn Leanne Duncan u Sophie Abela raw lil Hibs itemmu t-taqsima 18-4 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-andament tal-partita baqa’ l-istess fejn wara li Denise Said Hollier kellha basket għal Depiro, Hibs għamlu run ta’ 21-3 maqsum kollhu bejn Simmons u Abela biex baqgħu jżidu l-vantaġġ. Dan ma kienx biżżejjed għaliex qabel l-intervall kien hemm trippla ta’ Duncan u żewġ baskets oħra ta’ Simmons biex Hibs daħlu jistrieħu 46-11 minn fuq.

Wara l-intervall ma kienx hemm reazzjoni minn Depiro anzi kienu Hibs li komplew jiddominaw il-partita b’run oħra ta’ 9-0 minn Simmons u Ema Micallef. Għal darb’oħra kienet Agius li waqqfithom bi trippla però Depiro ma setgħux isibu tarf ta’ Simmons u l-Amerikana kompliet bil-punti tagħha flimkien ma’ trippla ta’ Jasmine Abela għal skor ta’ 68-19. Fl-aħħar taqsima, l-coach Tony Camilleri uża l-players żagħżagħ ta’ fuq il-bank u Depiro tejjbu l-logħba tagħhom biex għamlu l-iskor aktar rispettabli. Huma kellhom it-three pointers ta’ Agius u Gaby Mifsud fil-waqt li għal Hibs Naomi Farrugia u Britney Agius ukoll kisbu trippla kull wieħed biex il-partita ntemmet b’vantaġġ ta’ 39 punt għal Hibs 82-43.

Hibs: E. Micallef 2, E. Cassar 6, K. Calleja, S. Brincat 4, B. Agius, J. Abela 3, S. Abela 11, A. Simmons 41, N. Farrugia 3, H. Al Tumi, K. Caruana 2, L. Duncan 7.

 

Depiro: No. Agius, Ni. Agius 12, G. Mifsud 14, C. Camilleri, S. De Martino 5, D. Said Hollier 4, M. Scicluna, N. Hili 2, C. Ciantar 6, A. Mifsud, E. Cassar.

Referees:  Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi, Christine Xuereb

Depiro 48

Hibernians 71

(2-20)(8-18)(19-13)(19-20)

Fit-tieni finali Hibs għal darb’oħra għelbu lil Depiro 71-48 biex ħadu t-tazza fuq aggregate skor ta’ 153-91 u ċċelebraw ir-rebħ tat-tieni unur tagħhom dan l-istaġun wara li aktar kmieni kienu rebħu s-Super Cup. Bħal ma ġara fl-ewwel finali, Hibs iddominaw sa’ mill-ewwel minuti tant li fl-ewwel sessjoni ħallew lil Depiro fuq basket wieħed biss minn Nicole Agius kontra t-18 –il punt tagħhom. Leanne Duncan u Elena Cassar kellhom trippla flimkien ma’ tlett baskets kull waħda għal Sophie Abela u Amelia Simmons li għaqqdu it-tmintax il-punt tal-Hibs għal skor ta’ 18-2. Fit-tieni taqsima Hibs komplew b’run ta’ 10-3 bi trippla ta’ Ema Micallef fost l-oħrajn. Depiro kellhom 5 punti mingħajr risposta però kienu Hibs li kellhom l-aħjar tmiem tas-sessjoni bil-punti ta’ Simmons, Abela u Micallef għal skor ta’ 38-10.

Fit-tielet sessjoni, l-logħob kien aktar maqsum bid-Depiro jsibu ċans għal break

Ritratt: Wally Galea

ta’ 8-0 bil-punti ta’ Claire Ciantar  flimkien ma’ Steffi De Martino għal skor ta’ 29-46. Hibs wieġbu bi trippla ta’ Naomi Farrugia u basket ta’ Simmons biex għalqu s-sessjoni fuq quddiem 51-29. L-aħħar taqsima kienet biss formalita u serviet biex iż-żewġ timijiet jogħllu l-punteġġ tagħhom u ż-żewġ coaches jagħtu akar ħin lil players ta’ fuq il-bank. Hibs kellhom it-three pointers ta’ Micallef u punti minn Hannah Al Tumi u Kirsty Caruana bid-Depiro jwieġbu permezz ta’ De Martino u Gaby Mifsud. Hibs rebħu l-partita 71-48 u fi tmiem saret il-preżentazzjoni mis-Sur Louis Borg President Emeritus tal-MBA lil captain tal-Hibs Elena Cassar fost il-ferħ tal-partitarji nkluż numru sabiħ tat-tfal min-nursery tagħhom li telgħu bi ħġarhom jagħtu l-appoġġ lil benjamini tagħhom.

Depiro: No. Agius, Ni. Agius 11, G. Mifsud 12, C. Camilleri, S. De Martino 14, D. Said Hollier, M. Scicluna 1, N. Hili, C. Ciantar 10, A. Mifsud, E. Cassar 2.

 

Hibs: E. Micallef 11, E. Cassar 3, K. Calleja, S. Brincat 2, B. Agius, J. Abela 2, S. Abela 8, A. Simmons 18, N. Farrugia 3, H. Al Tumi 10, K. Caruana 6, L. Duncan 8.

Referees:  Daniella Torok, Ivica Simic, Malek Hraisha





Leave a comment