Suċċess għal BMX Fest – Easter BMX u Scooter Competitions

Wednesday, April 26, 2017, 16:28

Joe Bajada

Bejn il-21 u t-23 ta’ April il-Malta BMX Association organizzat il-BMX Fest – Easter BMX u Scooter Competitions ġewwa l-indoor skate park f’Pembroke. Hawn kienu organizzati diversi kompetizzjonijiet kemm għal BMX kif ukoll kompetizzjonijiet oħrajn tal-iScooters. Dan kien avveniment li serva wkoll għal ġbir ta’ fondi bl-għan prinċipali li jkomplu jitjiebu l-faċilitajiet tal-Assoċjazzjoni.

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni kollha kienu hekk:

Taħt is-7 snin:

1st: Austen Sewell

2nd: Jack Borg

3rd: Mat Xuereb

Taħt is-7 u t-12 il-sena:

1st: Jackob Zerafa

2nd: Lydon Tanti

3rd: Othman Muftah

Taħt it-13 u s-16 il-sena:

1st: Luke Farrugia

2nd: Mathias Mangion

3rd: Neil Vella

BMX Big Air Winner: Gianni Zahra

BMX Bunny Hop Winner: Aaron Grixti

BMX Park Group A:

1st: Karl Naja

2nd: John Attard

3rd: Luke Farrugia

BMX Park Group B:

1st: Othman Muftah

2nd: Lydon Tanti

3rd: Neil Vella

Park Scooter Competition:

1st: Shaun Alfarah

2nd: Grayson Orsini

3rd: Lydon Tanti

Game of Scoot: Luke Farrugia

Game of Bike Group B: Mathias Mangion

Game of Bike Group A: Gianni Zahra

L-Assoċjazzjoni tixtieq tirringrazzja lil kull min attenda biex jappoġja dan l-avveniment, kif ukoll lil diversi sponsors li kienu: Riot Boutique, Bamboo Stores Surf, Epic Sports Malta, Wheel Wizard (Malta), The Free Way SurfStores – MALTA, Jump Street, Sport Malta, UEC and Pembroke Local Council. Fl-aħħar tal-kompetizzjonijiet, John Zammit u Karl Naja, President and Segretarju tal-Malta BMX Association flimkien ma’ Nigel Dougall, Membru tal-Kumitat Organizzattiv ippreżentaw it-trofej  u premijiet oħra lir-rebbieħa kollha.

 





Leave a comment