- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Suċċess għal BMX Easter Edition Fest

Posted By Sportinmalta On April 17, 2018 @ 11:55 am In Cycling,Featured | No Comments

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-BMX għadha kif organizzat l-ewwel avveniment tal-BMX Fest tas-sena, l-edizzjoni tal-BMX Fest – Easter. Hawn kienu organizzati diversi kompetizzjonijiet kemm għal BMX kif ukoll kompetizzjonijiet oħrajn tal-iScooters fl-Skatepark Indoor f’Pembroke. Matul il-kompetizzjonijiet ħadu sehem ukoll studenti li jattendu b’mod regolari l-iSkola tal-BMX kull nhar ta’ Sibt.

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni kollha kienu hekk:

Il-Ġimgħa 6 ta’ April 2018

Game of Scoot: Shaun Alfalah

Game of Bike Group B: Othman Muftah

Game of Bike Group A: Luke Farrugia

Is-Sibt 7 ta’ April 2018

1st: Shaun Abdilla

2nd: Miguel Maggi

3rd: Luca Saliba

BMX Park Group B:

1st: James Grech

2nd: Othman Muftah

3rd: Samuel Pullicino

BMX Park Group A:

1st: Luke Farrugia

2nd: Dylan Tyler

3rd: Kurt Omen

Scooter Park Competition:

1st Miguel Maggi

2nd Francis Spiteri

3rd Luca Saliba

Il-Ħadd 8 ta’ April 2018

BMX Races Under 7

1st: Austen Sewell

2nd: Matthew Xuereb

Age 7-12:

1st: Jackob Zerafa

2nd: Aidan Checuti Debono

3rd: Fabio Piccione

Age 13-16

1st: Luke Farrugia

2nd: Mathias Mangion

3rd: Othman Muftah

BMX Bunny Hop Competition Beginner: Mike Briffa

BMX Bunny Hop Competition: Luke Farrugia

BMX Big Air: Mathias Mangion

L-Assoċjazzjoni tal-BMX ta’ Malta kienet kuntenta ħafna dwar kif żvolga dan il-Easter Fest fejn tixtieq tifraħ lir-rebbieħa kollha, kif ukoll lil kull min ħa sehem. L-Assoċjazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-isponsors kollha għall-appoġġ li tawhom li mingħajr dan l-appoġġ tagħhom dan l-avveniment żgur li ma kienx ikun possibbli. Dawn kienu Riot Boutique, Wheel Wizard (Malta), Jump Street Malta Warehouse, SportMalta, kif ukoll lil Kunsill Lokali ta’ Pembroke. L-Assoċjazzjoni ħabbret li l-avveniment li jmiss se jsir fl-aħħar ta’ Ġunju għall-BMX Fest – Summer Edition.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/success-ghal-bmx-easter-edition-fest/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.