Suċċess fl-ewwel edizzjoni tal-Basketball Awards

Monday, September 27, 2010, 10:19

Il-protagonisti tal-istaġun 2009/2010 kienu ppremjati fl-ewwel edizzjoni tal-Malta Basketball Awards li kienet imtella’ nhar is-Sibt li għadda fil-lukana Le Meridien f’San Ġiljan. Is-serata li kienet trasmessa b’mod dirett fuq l-istazzjon Malta Stars ta’ Melita kietet ippreżentata minn Simon Farrugia u Mirana Agius Silvio. Kienu diversi l-players li ġew ppremjati fejn minbarra l-unur prestiġjuz tal-player tas-sena f’diversi kategoriji, saret ukoll preżentazzjoni tal-aħjar steals, l-aħjar assists, l-aħjar rebounder, l-aħjar three point shooter u l-aħjar skorer fl-ewwel u t-tieni diviżjoni tal-Irġiel u fl-ewwel diviżjoni tan-Nisa. Spikkat ukoll il-premjazzjoni li saret lill-players li kienu jiffurmaw part mit-Team Nazzjonali tal-irgiel li eżatt 25 sean ilu rebħu l-midalja tal-bronz fl-ewwel edizzjoni tal-loghob tal-pajjizi ż-żgħar.

Intant l-ewwel unuri li gew imqassma kienu dawk tat-tieni diviżjoni. L-organizzatur tas-serata u Vici President tal-MBA Colin Schembri ippremja lil Matthew Shoults ta’ Siġġiewi bħala l-aħjar assist man. L-unur tal-aħjar rebounder mar għand Samuel Aquilina ta’ Mellieħa li ġie ppremjat minn Tony Camilleri player tat-Team Nazzjonali tal-1985. Kien imiss l-unur tal-aħjar steals u l-premju mar għand Matthew Shoults ta’ Siġġiewi li ġie ppremjat minn Charles Azzopardi player tat-Team Nazzjonali tal-1985. Ir-raba’ unur f’din is-serata kien dak ta l-aħjar three point shooter u r-rebbieħ kien Ian Terribile ta’ Mellieħa u kien Mario Tabone player tat-Team tal-1985 li ppreżenta l-award. L-aħħar unur fil-kategorija tat-tieni diviżjoni kien ta’ l-aħjar skorer u hawn kien il-player ta’ Floriana Steve Sammut li rebah l-unur li ġie ppreżentat lilhu minn Ray Muscat.

Women Player of the Year (from left to right) Women Senior – Joselle Cardona (Hibernians), Under 20 – Steffi De Martino (Loyola), Under 17 – Christine Sammut (Depiro). Photo Malcolm Sammut

Women Player of the Year (from left to right) Women Senior – Joselle Cardona (Hibernians), Under 20 – Steffi De Martino (Loyola), Under 17 – Christine Sammut (Depiro). Photo Malcolm Sammut

Iktar tard mas-serata waslu l-unuri tal-istaġun tan-nisa li kienu sponsorjati minn KDM Group of Companies. L-unur tal-aħjar assist woman intrebaħ minn Leanne Sciberras ta’ Athleta u ppreżentat l-unur Mrs. Madeline De Martino f’isem KDM Group. L-unur tal-aħjar rebounder mar għand Kaila Agius ta’ Depiro. Is-Sur Martin Ferry f’isem Miles Express ipprezenta l-award lil Anthony Vella President ta’ Depiro fin-nuqqas ta’ Agius. It-tmien unur tas-serata kien dak tal-aħjar steals tan-nisa li intrebaħ minn Sarah Pace ta’ Depiro u l-award kien ppreżentat minn Joe Depasquale Schranz Vici President tal-MBA. L-unur tal-aħjar three point shooter femminili intrebaħ minn Kirsten Micallef ta’ Hibs u s-Sur Sandro Micallef Producer ta’ Melita Sport ipprezenta l-award. L-aħħar unur fil-kategorija tan-nisa dak ta’ l-aħjar skorer u hawn l-unur intrebaħ minn Kaila Agius ta’ Depiro. Is-Sur Louis Azzopardi Deputat President tal-MBA ipprezenta l-award lil Anthony Vella li ħabbar li Kaila Agius se tirritorna ma’ Depiro fi ftit ġranet oħra.

Wara dawn l-ewwel għaxar preżentazzjonijiet, sar diskors mill-President tal-Malta Basketball Association il-Maġistrat Antonio Mizzi fejn wera l-apprezament tiegħu lejn l-organizzaturi tas-serata u esprima x-xewqa li din is-serata tkun l-ewwel waħda imma mhux l-aħħar. Wara d-diskors tiegħu il-Maġistrat Mizzi għadda biex sejjaħ lill-players tat-Team Nazzjonali tal-irġiel tal-1985. Mument kommoventi kien meta l-President tal-MBA sellem il-memorja tas-Sur Michael Aquilina li kien jifforma parti mill-kontinġent li kien ha sehem f’dan il-logħob. Imbagħad saret il-premjazzjoni lill-players Kevin Decesare, Ivan Attard, Ivan Grech, Charles Azzopardi, Tony Camilleri, Ray Muscat, Mario Tabone, Saviour Vella u l-coach John Tabone. Bernard Micallef, Mark Ransley u Don Ross sfortunatament ma setgħux ikunu preżenti. Il-preżentazzjoni saret mis-Sur Sinam Onem f’isem Detur Operations Ltd li huma l-isponsors preżenti tat-Team Nazzjonali tal-lum.

Men’s Basketball Team who participated in the 1985 Small National Games and was the only Maltese team to win a medal – Bronze.  Photo Malcom Sammut

Men’s Basketball Team who participated in the 1985 Small National Games and was the only Maltese team to win a medal – Bronze. Photo Malcom Sammut

Għaddejna mbagħad għall-preżentazzjoni tal-unuri fil-kategorija tal-irgiel. L-unur tal-aħjar assist man intrebaħ minn Roderick Vella ta’ Depiro u l-unur kien preżentat minn Ivan Grech li kien jifforma parti mill-iskwadra tal-1985. L-unur tal-aħjar rebounder mar għand Michael Naudi ta’ Athleta u hawhekk kien Ivan Attard li ppremja lil Naudi. It-tlettax -il unur tas-serata kien dak ta’ l-aħjar steals li ntrebaħ minn Peter Shoults ta’ Siġġiewi. Hawnhekk kellna lil Saviour Vella li ppreżenta l-unur lil Shoults. Kellna mbagħad l-unur tal-aħjar three point shooter tal-irġiel. L-unur intrebah minn Roderick Vella ta’ Depiro u s-Sur Edward Muscat Azzopardi f’isem il-Bank of Valletta ipprezenta dan l-award. L-aħħar award f’din il-kategorija kien tal-aħjar skorer u Kevin Decesare captain tat-team nazzjonali fl-1985 ippreżenta l-award lil Michael Naudi ta’ Athleta.

Kien imiss issa l-unuri tal-players tas-sena f’diversi kategoriji li ġew imħabbra mis-Segretarju Ġenerali tal-MBA is-Sur Frank Camilleri. Qabel ma ħabbar ir-rebbieha, Camilleri għamel ukoll diskors fejn fakkar li fl-aħħar 25 sena il-basketball Malti rebah xejn anqas minn 17 –il midalja fosthom sitta tad-deheb. Huwa ħabbar ukoll li l-player Internazzjonali Malti Samuel Deguara li jilgħab ma’ Benetton Treviso fl-għola diviżjoni taljana se jkun qiegħed fil-grupp ta’ 12 –il player li se jieħdu sehem fil-ULEB Championship tal-FIBA Ewropa f’dak li huwa t-tournament ekwivalenti għall-UEFA Champions League fil-Football. L-unuri tal-players tas-sena kif ġew imħabbra fl-ewwel edizzjoni tal-Malta Basketball Awards huma:

Irġiel taħt is-sbatax –il sena – Clayton Farrugia – Qormi

Nisa taħt is-sbatax –il sena – Christine Sammut – Depiro

Irġiel taht l-għoxrin sena – Nigel Sultana – Loyola

Nisa taħt l-għoxrin sena – Steffi De Martino – Luxol

Tieni Divizjoni Irgġel – Matthew Shoults – Siġġiewi

Nisa – Joselle Cardona – Hibs

L-Ewwel divizjoni Irgiel – Michael Naudi – Athleta

Dawn l-unuri għalqu l-ewwel edizzjoni tal-Malta Basketball Awards. Żgur li mingħajr l-ghajnuna ta’ diversi nies din is-serata ma kienetx tkun possibli. B’mod partikulari ringrazzjamenti mill-MBA imorru ghall-organizzatur principali tas-serata Colin Schembri, għall-preżentaturi Simon Farrugia u Mirana Agius Silvio, Ottavio Terribile, Sonia Schembri, Sandro Micallef, Catherine Micallef, Pierre Cachia, Luke Camilleri, Maria Bonett, Willie Vassallo u Robert Portelli.

From left Kirsten Micallef, Sarah Pace and Leanne Sciberras winner of various women Awards. Photo Malcolm Sammut

From left Kirsten Micallef, Sarah Pace and Leanne Sciberras winner of various women Awards. Photo Malcolm Sammut

Player of the Year Men (from Left to Right), Under 20 – Nigel Sultana (Loyola), 2nd Division – Matthew Shoults (Siggiewi), Under 17  – Clayton Farrugia (Qormi), Men Seniors – Michael Naudi (Athleta). Photo Malcolm Sammut

Player of the Year Men (from Left to Right), Under 20 – Nigel Sultana (Loyola), 2nd Division – Matthew Shoults (Siggiewi), Under 17 – Clayton Farrugia (Qormi), Men Seniors – Michael Naudi (Athleta). Photo Malcolm Sammut





Leave a comment