Suċċess fl-ewwel avveniment tal-Malta Drag Racing Association

Saturday, April 3, 2010, 11:31

Il-Malta Drag Racing Association organiżżat l-ewwel avveniment għal din is-sena. L-avveniment beda s-Sibt 20 ta’ Marzu għal habta tas-1.00 ta’ wara nofsinhar u kompla l-Ħadd bil-finali tal-klassijiet fejn kien hemm ’il fuq minn 75 kompetituri . Kien hemm diversi ħinjiet tajba u records personali minn diversi sewwieqa, u kull min attenda għal dan l-avveniment żgur li ma ħariġx iddiżappuntat fejn għal dan l-avveniment kien hemm diversi tipi ta’ karozzi u muturi li kkompetew fi klassijiet Bracket racing u Handicap Racing.

L-ikbar klassi li kien fiha parteċipanti kienet bħas-soltu l-klassi SS2 fejn ġiet mirbuħa minn Chris Borg b’ħin ta’ 11.34 sek .

F’dan il-kwart ta’ mil erġajna rajna lil aħwa Dennis u Alan Desira li għamlu ħinijiet fenomenali u rebħu l-klassijiet D6 b’8.10 sek u Open 6 b’7.38 sek bid-dragster ta’ missierhom Salvu Desira.

Il-klassi Sm2 intrebħet minn wieħed mill-iżgħar kompetituri ġewwa Ħal Far – Steve Pace fuq l-Escort ta’ missieru Paul Pace.

Miguel Montebello rebaħ il-klassijiet Ps4 u Sm4 rispettivament fuq il-Honda Civic Turbo tiegħu b’10.35 sekondi. Din il-karozza hija l-aqwa karozza FWD bħalissa ġewwa Malta.

Kellna wkoll lil Mark Farrugia fuq Ford Capri, li rebaħ il-klassi SM5 b’ħin ta’ 10.9sek.

Christ Polidano rebaħ il-klassi Open 2 fuq l-Escort ta’ John Montebello b’ħin sabiħ ta’ 8.73 sek.

Dan il-kwart ta’ mil kellna wkoll is-sewqan ta’ muturi fejn iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qegħdin jiżdiedu u jtejbu l-ħinijiet tagħhom. Simon Giordimaina reġa’ għamel ġirjiet sbieħ u ħinijiet stupendi, fejn rebaħ ukoll il-klassijiet M/S Open b’ħin ta’ 9.12 sek u SS1 b’ħin ta’ 7.95sec. Iż-żewġ klassijet tal-muturi l-oħra ntrebħu minn Luke Farrugia M/C SS2A b’ħin ta’ 8.95 sek u Mario Attard fil-Klassi M/C SS2B b’ħin ta’ 8.88 sek.

Rajna wkoll għal dan il-kwart ta’ mil il-klassi Diesel Open li ntrebħet minn Jason Grixti b’ħin ta’ 10.95 sek.

Nistgħu nibqgħu nsemmu aktar pero` min irid jista’ jidħol fis-sit elettroniku tal-assoċjazzjoni li huwa www.maltadragracing.com fejn jista’ jsib aktar informazzjoni, ritratti u anki d-dati tal-avveniment li jmiss li se jkun fl-1/2 ta’ Mejju, is-Sibt l-1 ta’ Mejju mis-1.00pm ’il quddiem u l-Ħadd 2 ta’ Mejju mill-10.00am ’il quddiem.





Leave a comment