Suċċess fil-kampjonat Nazzjonali tal-Lotta

Wednesday, December 8, 2010, 8:00
Abraham Vassallo bil-kit il-Blue

Abraham Vassallo bil-kit il-Blue

Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Lotta Timijiet u Individwali 2010 kienu suċċess kemm mill-għad kbir ta’ parteċipanti kif ukoll mill-kwalita teknika li wrew il-parti l-kbira mill-parteċipanti. Kien interessanti ħafna n-numru sabiħ ta’ wċuħ ġodda li rajna fuq it-tapit kif ukoll lottaturi li kienu nqatgħu mill-kompetizzjoni xi ftit taż-żmien ilu. Minkejja l-kompetizzji iebsa l-lottaturi kkumbattew f’atmosfera sportiva bit-telliefa jifirħu lir-rebbieħa kif għandha tkun kull kompetizzjoni ta’ kull dixxiplina sportiva. Kollox ma’ kollox dawk preżenti kellhom x’jammiraw il-kapaċijiet tal-lottaturi Maltin. Il-programm kien magħmul minn kategorii normali ta’ piż kif ukoll ta’ kategoriji kombinati.

Mhux faċli tagħżel minn kienu l-aqwa lottaturi ta’ dan il-kampjonat. Forsu l-aktar li spikkaw kienu l-veteran Abraham Vassallo (Universita), Adam Vella (Stella Maris), Andrea Saliba u David Zammit (it-tnejn Naxxar Maria Regina Boys Secondary) kif ukoll (Aidan Buhagiar (Stella Maris). Ma dawn kien hemm Gary Giordimaina (Naxxar Maria Regina Boys Secondary), tfajjel ta’ 12-il sena li rebaħ il-kategorija Kombinata Schoolboys 42kg/47kg. Iż-żgħir Giordimanain wera biċ-ċar li se jkun l-eredi ta’ missieru, il-coach nazzjonali Jesmond Giordimaina.

 L-aktar tim b’saħtu bla dubju kien il-Naxxar Maria Regina Boys Secondary li rebaħ il-Kampjonat Timijiet b’total sabiħ ta’ 178 punt segwit minn Stella Maris College 47 punt, Qawra Wrestling Club 44 punt u l-Universita ta’ Malta 44 punt.

Ir-rebbieħa tal-midalji tad-deheb kienu:

Schoolboys Kombinata 42kg/47kg: Gary Giordimaina (Naxxar Maria Regina Boys Secondary).

Schoolboys 53kg: Andrew Grech ((Naxxar Maria Regina Boys Secondary).

Schoolboys 59kg: Nico Zarb (Qawra Wrestling Club)

Schoolboys Kombinata 53kg/59kg: (Naxxar Maria Regina Boys Secondary).

Kadetti 63kg: Mark Galea (Naxxar Maria Regina Boys Secondary).

Kombinata Senior/Kadetti 60kg/63kg: Mark Galea (Naxxar Maria Regina Boys Secondary).

Senior 60kg: Mathew Bonnici (Stella Maris College)

Senior 74kg: Adam Vella (Stella Maris College)

Senior 84kg: Andrea Saliba (Naxxar Maria Regina Boys Secondary).

Senior Kombinata 74kg/84kg: Adam Vella (Stella Maris College)

Senior Beginners 84kg: Aldo Zahra (Naxxar Maria Regina Boys Secondary).

Senior 96kg: Abraham Vassallo (Universita ta’ Malta)

Senior 120kg: Aidan Buhagiar (Stella Maris College)

Senior Kombinata 96kg/120kg (Naxxar Maria Regina Boys Secondary).





Leave a comment