Suċċess f’attivita’ kbira għall-Athletics Malta

Friday, June 25, 2010, 23:43

minn Sandro Micallef

Dan l-aħħar kelli l-opportunita’ li nattendi għall- European Team Championships – 3rd League liema attivita’ saret matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet organizzata minn Athletics Malta li sa ftit snin ilu din l-assoċjazzjoni kien jisimha Malta Amateur Athletics Association.

Bqajt impressjonat bl-organizazzjoni ta’ din l-Assoċjazzjoni fejn ħarġu bl-unuri waqt dan l-avveniment. Fuq medda ta’ jumejn f’dawn il-kampjonati ipparteċipaw f’pajiżna iktar minn 400 atleta li kollha ħadu sehem fil-Matthew Micallef St. John Stadium fil-Marsa. Kien weekend iebes għall dawk li kienu involuti fl-amministrazzjoni u l-organizazzjoni, iżda kien weekend iebes ukoll għall-atleti Maltin li kellhom iħabbtu wiċċhom f’kompetizzjoni li rathom jikkompetu mal-krema tal-atleti internazzjonali.

Ma kienx faċli għall-membri ta’ Athletics Malta li jippruvaw jidħlu b’suċċess għall-attivita’ simili pero’ personalment naħseb li għaddew minn dan it-test b’suċċess. Nispera u nittama li dan l-isforz ikun rikonoxxut mill-atleti membri fi ħdan din l-assoċjazzjoni u anke mill-entitajiet  f’pajjiżna fosthom il-Kunsill Malti għall-iSport.

Id-Detall kien li kien hemm kien wieħed impressjonanti, security, ambulanzi, doping, tobba, Red Cross stand by, filming għat-televiżjoni, program ipprintjat għall-okażżjoni, judges, apparat tal-ħin tad-ditta Alge, trasport, big screen bir-riżultati u ħafna iktar dettall.

Prosit minn dawn il-linji lis-Sur Tony Chircop u lit-team kollu tiegħu għal dan is-suċċess u awguri għal futur għall-iktar suċċessi simili fil-ġejjieni.





Leave a comment