L-Għaqda Ġurnalisti Sport tiddefendi lil Micallef

Thursday, March 11, 2010, 14:20

L-Għaqda Ġurnalisti tal-iSport tagħmel referenza għall-incident xejn mistenni li nqala’ waqt ix-xandira ta’ programm live fuq Net TV – Replay ta’ nhar il-Ħadd 7 ta’ Marzu 2010.

Michael Mifsud jircievi trofew mill-President ta' l-Għaqda Ġurnalisti tal-iSport, Charles Camenzuli

Fl-inċident il-player tat-Team Nazzjonali Michael Mifsud, mingħajr ma kien mistieden ippreżenta ruħu fil-programm u wara li ġie accettat mid-direzzjoni tal-programm, fl-intervent tiegħu mar oltre mill-element ta’ etika sportiva meta attakka personalment il-preżentatur tal-programm.

L-GħĠS tħoss li inċident simili jtappan bis-sħiħ l-impenn ta’ ġurnaliżmu investigattiv illi l-ġurnalist lokali tant qed jagħmel ħiltu biex jitkattar u jiżviluppa.

Fl-istess waqt iżda l-GħĠS tagħmel enfasi li min huwa responsabbli minn programmi simili biex ikun attent u jagħmel enfasi li ħadd minn dawk intervistati m’għandu jinqeda bil-ġurnalist biex iwassal messaġġ indirettament flok direttament lil xi persuna konċernata. Dan fid-dawl tal-fatt tal-intervista li xxandret mal-ex coach tat-Team Nazzjonali Horst Heese fejn huwa ghadda kummenti mhux xierqa lejn il-player tat-team Nazzjonali. L-GhĠS jiddispjaciha li minn certi kummenti jinqala’ diżgwid simili.





2 Comments

  1. mark Scicluna says:

    pastazata ta heese . Ajar qal kemm jien jerdalu flus Lil michael meta kien malta kaiser mark

    [Reply]

  2. alistair says:

    kemm amiltu fuss al xejn al

    [Reply]

Leave a comment