74 persuna jtemmu b’suċċess l-ewwel kors ‘ESF 4.216′

Saturday, August 8, 2015, 1:26

Gavin Muscat

  • STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, L-INNOVAZZJONI, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-ISPORT
  • 74 persuna jtemmu b’suċċess l-ewwel kors ‘ESF 4.216 – SUCCESS – Capacity Building Programme for Public Service Sports Administrators’

‘‘Nifhmu l-importanza ta’ life long learning, filwaqt li ngħinu lill-ħaddiem itejjeb il-ħiliet tiegħu biex ikun jista’ jimla l-vakanzi li jitħallew vojta minħabba skills gap’’. Dan kien kliem is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius meta indirizza lil dawk preżenti fiċ-ċerimonja ta’ għoti taċ-ċertifikati tal-kors ‘ESF 4.216 – SUCCESS – Capacity Building Programme for Public Service Sports Administrators’ organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isport, bil-kollaborazzjoni ta’ European Observatoire of Sport and Employment.

74 persuna temmew b’suċċess dan il-kors mogħti mill-MCAST u li jinsab f’CPD Level 5 award. Il-kors żviluppat mill-MCAST flimkien mal-KMS fuq bażi ta’ occupational profiles li kienu determinati mill-proġett u li kien maqsum f’erba’ modules. Fl-aħħar tal-kors il-parteċipanti ngħataw iċ-ċans li jattendu għall-internship barra l-pajjiż. Uħud mill-parteċipanti, 12 b’kollox, segwew kors ieħor ta’ tlett ijiem bl-isem ta’ ‘Train the Trainers’, li jagħti lok lill-KMS sabiex jorganizza l-korsijiet hu stess.

Sa sena ilu l-fondi għal dan il-kors kienu kważi ntilfu, li ma kienx għall-ħidma sfieqa li għamlet l-amministrazzjoni riċenti. Dan saħqu l-Aġent Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Isport Mark Cutajar li spjega kif it-temi tal-kors innifsu, l-attività fiżika, good governance, leadership u event coordination, ser ikunu l-bażi tar-riforma tal-KMS.

Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport Luciano Busuttil ħabbar li l-KMS irnexxielu jakkwista aktar fondi tal-ERDF li ser ikunu utilizzati sabiex il-pixxina tal-Kumpless Sportiv tal-Qroqq tkun tista’ tutilizza ġibjun. B’dawn il-fondi l-pixxina ser tkun qed taħdem b’enerġija alternattiva, bl-enfasi jkun li jitnaqqas il-konsum ta’ enerġija u tintuża waħda li hija anqas ta’ ħsara lill-ambjent.

Indirizzaw dawk preżenti wkoll Kirstie Simpson li kienet id-direttur tal-kors f’isem EOSE u Leanne Bartolo li rrappreżentat lill-parteċipanti.

Iċ-ċertifikati kienu preżentati minn Dr Silvio Debono, President tal-Bord tal-Governaturi tal-MCAST, il-Kap Eżekuttiv tal-EOSE Aurelien Favre u d-Direttur tal-Kors EOSE Kirstie Simpson fil-preżenza tal-Aġent Kap Eżekuttiv Mark Cutajar, iċ-Ċermen tal-KMS Luciano Busuttil u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius.





Leave a comment