Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari fuq is-suċċess tat-tim Malti tal-Waterpolo

Tuesday, September 29, 2015, 18:02

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA,INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT- Kwalifikazzjoni Storika għat-tim nazzjonali tal-waterpolo

Gavin Muscat

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, f’isem il-Gvern, jifraħ lit-tim nazzjonali tal-Waterpolo li l-bieraħ kiteb paġna ġdida fl-istorja tal-waterpolo lokali hekk kif irnexxielu jikkwalifika għall-fażi finali tal-Euro 2016. It-tim nazzjonali Malti rebaħ lill-Iżvizzera fl-ewwel logħba tiegħu, filwaqt li l-bieraħ rebaħ lill-Polonja biex irnexxielu jaqta’ passaġġ għal Belgrad, fejn ser isiru il-kampjonati s-sena d-dieħla.

Is-Segretarju Parlamentari jwassal l-awgurju tiegħu mhux biss lit-tim li huwa mmexxi b’abbiltà minn Karl Izzo u l-assistenti tiegħu imma wkoll lill-amministrazzjoni tal-Aquatic Sport Association (ASA) taħt it-tmexxija tal-President Joe Caruana Curran.

Il-Gvern ta’ l-importanza lill-waterpolo sa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura, mhux biss billi kompla tejjeb, u ser ikompli jtejjeb, il-faċilità tal-pixxina tal-Qroqq imma wkoll bil-bini ta’ pitch ġdid f’Birżebbuġa, għoti ta’ assitenza lil diversi timijiet tal-waterpolo u issa anke bl-inċentiv tat-tnaqqis fir-rata tat-taxxa lill-istess plejers tal-waterpolo. Il-ħidma qatt ma hi biżżejjed u l-Gvern jwiegħed li ser jibqa’ jinvesti f’dan l-isport li tant qed jagħmel unur lill-pajjiżna.





Leave a comment