- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Stqarrija minn Qormi Football Club

Posted By Sportinmalta On February 21, 2016 @ 2:12 pm In Featured,Football | No Comments

Fid-dawl tal-istqarrija maħruġa mill-MFA illum wara nofsinhar, Qormi Football Club
tosserva illi:

-(1) Huwa minnu illi wara dak li seħħ nhar it-Tnejn li għadda, Qormi Football Club analizza is-sitwazzjoni, ħares lejn ir-regolamenti tal-MFA, għamel ilkunsiderazzjonijiet tiegħu u ma eskluda xejn mill-ewwel. Dan sar biex jekk jirriżulta li l-klabb għandu xi jeddijiet, hu jkun jista’ jeżerċitahom. Qormi Football Club jemmen illi huwa għandu jibqa’ jħares l-interessi tal-klabb f’kull ma jagħmel u li f’dan, jistenna li jsib l-appoġġ tal-MFA;

-(2) L-MFA hija però żbaljata meta tgħid illi Qormi Football Club għamel allegazzjonijiet fuq il-paġna ta’ Facebook tal-programm televiżiv, NET Replay. Hija żbaljata wkoll meta tgħid illi Qormi Football Club qiegħed jitfa’ xi ħtija fuq persuni dedikati li lesti li jgħinu lill-membri kollha tal- Assoċjazzjoni. L-MFA ċertament taf illi fin-nuqqas ta’ stqarrija uffiċjali konklussiva maħruġa mill-klabb, dak rapportat mill-media, partikolarment meta d-deċiżjonijiet ikunu għadhom iridu jittieħdu, għandu jittieħed filkuntest tiegħu u ma jista’ bl-ebda mod jitqies bħala l-pożizzjoni uffiċċjali aħħarija tal-klabb. Għalhekk, ir-reazzjoni fil-konfront tal-klabb min-naħa tal-MFA kienet waħda mgħaġġla, mhux mistennija u ċertament mhux mistħoqqa.

Finalment, jiġi iċċarat illi kemm-il darba Qormi Football Club ikollu posizzjoni uffiċjali dwar xi kwistjoni jew oħra, huwa jgħarrafha bil-mezzi uffiċjali.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/stqarrija-minn-qormi-football-club/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.