Miċħuda bla riservi l-kummenti ta’ Renato Attard

Friday, April 20, 2012, 15:47

Bħala kontro-risposta għal dak li ġie mtenni mill ex-President ta’ Marsaxlokk FC Renato Attard, Marsaxlokk FC jiċħad bla ebda riserva kull ma stqarr mal-mezzi tax-xandir. Il-Kumitat iħoss li mhux ġust u huwa ta’ ħsara dwar ir-rimarki assurdi u bla bażi imtennija mis-Sur Attard. Bħala żmien fil-presidenza tiegħu, il-kumitat għaraf li l-persuna hija impossibbli u mitlufa fejn jidħlu prijoritajiet ewlenin. B` dan l atteġġjament kienet tinholoq izjed tensjoni u ta’ piż mhux biss fuq il-kumitat izda anke fuq il-’players’ stess.

Il-kumitat dejjem ħadem bla heda għall-ġid tal-klabb u jibqa’ jaħdem sabiex il-klabb ikun stabbilit u jissoda għall-isfidi fil-futur qarib. Huwa magħruf li l-kumitat attwali, wara li assuma pusses fuq il-klabb u sab is-sitwazzjoni prekarja, dejjem kien qrib il-membri u mexa bi trasparenza assoluta kemm mal-klabb u kemm mal-MFA mingħajr daqq ta’ trombi u xandir.

Xi drabi ma kienx professjonali sakemm ġew stabbiliti il-każijiet u sitwazjonijiet li kien jinsab fihom il-klabb, izda xorta waħda gharaf li jmexxi b’għaqal u b’onesta. Huwa fatt li il-klabb nieżel għall-ewwel divizjoni, imma d-direzzjoni amministrativa u dik finanzjarja dejjem marret għall-aħjar u b’aktar ħeġġa u għajnuna mill-membri u kull min għandu il-klabb għal qalbu jerġa’  jikseb riżultati pożittivi.

 





Leave a comment