Stqarrija mill – Gvern ta’ Malta

Saturday, May 23, 2015, 1:24

B’referenza għar-rapporti fuq il-media lokali u internazzjonali dwar l-allegat involviment ta’ Maltin fil-każ ta’ tixħim u arranġament ta’ logħob fil-logħba tal-futbol barra minn xtutna, il-Gvern jixtieq jinforma lill-pubbliku li qiegħed isegwi mill-qrib l-iżviluppi ta’ dan il-każ.

Il-Gvern permezz tal-Ministeru tal-Intern, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Isport, kif ukoll il-Kunsill Malti għall-Isport qed jaħdmu mill-qrib mal-MFA f’Task Force li twaqqfet apposta sabiex tkun protetta l-integrità fl-isport u tiġi miġġielda l-korruzzjoni fl-istess sport.

Dan it-Task Force, fost il-funzjonijiet tiegħu, se jkun qed jipproponi inizjattivi partikolari għall-konsiderazzjoni tal-Gvern.





Leave a comment